jesusandmary

 




FRANGISKU: IL-GUBLEW TAL-HNIENA JFISSER LI AHNA RRIDU NIFTHU QALBNA BERAH, NAHFRU LIL HADDIEHOR.


Kull ma jmur iz-zmien tal-Gublew tal-Hniena qed jersaq lejn tmiemu. Ghaddew 9 xhur u jonqos biss xahrejn. Thallix li dan iz-zmien li fadal jahrablek minn taht idejk. Il-Papa Frangisk iridna li nifthu qalbna berah biex nahfru lil min hu hati ghalina, li nahdmu ghall-gid tal-proxxmu taghna billi nqieghdu fil-prattika l-ghemejjel tal-hniena.
Huwa spjega li meta wiehed jghaddi mill-Bieb tal-Hniena dan ghandu jfisser  sinjal ta’ konverzjoni vera u awtentika. Kompla jghallem li s-sena mqaddsa ma tkunx effettiva jekk il-bibien ta' qlubna ma jhallux lil Kristu jidhol gewwa, dak Kristu li jimbuttana biex nersqu lejn haddiehor biex inwasslu l-imhabba tieghu lilhom. “Qlubna ma ghandhom ikunu eskluzi ghal hadd, anqas lil dawk li jdejquna. Hadd,” sahaq il-Papa.
Il-mahfra ghal min dejjaqna hija l-ingredjent important biex Alla jahfrilna, “ghax kif”,  ikompli jghid Papa Frangisk  “li nitolbu lil Alla jahfrilna jekk ahna ma ahniex lesti li nahfru.? Li tahfer hija certament haga kbira. Jerkk ahna nifthu qalbna biex nilqghu l-hniena ta’ Alla, minn naha taghna insuru aktar kapaci li nahfru.”
Tant ried li l-Hniena ta’ Alla tinxtered fuq kull wiehed minna li ordna li d-djocesijiet jifthu ukoll il-Bibien Mqaddsa ta’ xi Katidral jew knejjes ohra biex kull bniedem jippartecipa u jiehu l-akbar frott ta’ din is-sena gubilari. Ried li l-gublew ikun dinji u mhux f’Ruma biss.
Il-Papa wissa serjament li dan il-Gublew ma ghandux ikun mezz ta’ kif wiehed itejjeb il-mezzi finanzjari.Huwa ezorta, “ Is-salvazzjoni ma thallasx ghaliha. Ma tixtrihiex. Il-Bieb huwa Gesu’ u Gesu’ huwa gratis ghal min irid jilqghu.”
“Il-Bieb jfisser Kristu nnifsu li qal: Jiena l-Bieb. Min jidhol minni jsalva u jsib mergha tajba. Li tghaddi mill-Bieb Imqaddes huwa turija ta’ tama fil-Mulej Gesu’ li ma giex biex jiggudika izda biex isalva.”
Il-Papa talab biex in-nies jersqu lejn is-sagrament tal-qrar matul is-sena mqaddsa. “Alla jahfer kollox. Hu qed jistenniena. Aghmlu kuragg.”


Make a free website with Yola