jesusandmary

 


OSCAR WILDE JIKKONVERTI FUQ IS-SODDA TAL-MEWT.

alla jridek biss tiftah qalbu ghalih...il-kumplament hallieh f'idejh.


Oscar Wilde huwa wiehed  mill-aktar awturi renomati tad-19 il-seklu, maghruf ghall-kitbiet tieghu bhalma huma The Picture of Dorian Gray u  The Importance of Being Earnest.

L-inqas li hu maghruf fuqu, huwa l-fatt li wara hafna snin italla’ u jnizzel jekk isirx membru fil-knisja kattolika, huwa kkonverta ghall-Kattolicezmu fuq s-sodda tal-mewt.

Imwieled gewwa Dublin, l-Irlanda, fis-sena 1854, Wilde kien imghammed fil-knisja anglikana. Ommu Jane madankollu ngibdet lejn ir-relgijon kattolika u spiss kienet tattendi ghall-quddies. Meta Oscar kien ghadu zghir , hija kienet talbet lil wiehed sacerdot  tal-knisja lokali biex jghallem id-duttrina kattolika lil uliedha ghalkemm ma hux car jekk ommu qattx inghaqdet ufficjalment mal-Knisja.

Ghalkemm Wilde kien ircieva xi istruzzjonijiet kattolici huwa qatt ma kkunsidra ruhu kattoliku prattikanti. Meta kien jistudja fl-Universita’ huwa kien qed jikkunsidra li jikkonverti, sahansitra jsir sacerdot.  Imma f’dan iz-zmien huwa dahal jaghmel parti mis-socjeta’ tal-mazuni u kollox tar mar-rih.

Fis-sena 1877, meta kien ghad kellu 23 sena huwa mar Ruma u hemm kellu laqgha mal-papa Piju IX li hallietu bla kliem.  Minn hawn ‘l quddiem huwa beda’ jaqra’ l-kotba tal-kardinal Newman. Sena wara huwa thabbeb ma’ sacerdot u mieghu ftiehem id-data li fiha kellu jkun accettat ufficjalment fil-knisja ta’ Kristu.  Imma l-familja tieghu kienet kuntrarja.  Missieru heddu li jaqtghalu idu barra jekk isir kif ried hu. U kien fl-ahhar minuta li Wilde rega’ dawwar hsiebu.

Snin wara fis-sena 1895 wara li kiseb fama letterarja kien akkuzat b’atti ndecenti u wara li ghadda proceduri legali twal fil-qorti gie misjub hati u wehel sentejn habs b’xoghol iebes.

Matul iz-zmien li ghadda fil-habs, sahhtu marret lura, imma ukoll kien zmien li fih ghadda minn tigdid spiritwali.  Hekk kif gie mehlus, huwa ghamel talba biex ikun milqugh fis-Socjeta tal-Gizwiti ghal sitt xhur irtir, imma t-talba tieghu ma gietx milqugha. Rapporti jghidu li hu beka’ meta sema li t-talba tieghu giet rifjutata. Imma ma’ gurnalista stqarr li ma jdumx ma jkun milqugh fil-knisja kattolika.

Huwa halla pajjizu, l-Ingilterra u mar jghix go Franza ghal xi zmien.  Ghex f’depressjoni u fil-faqar, filwaqt li l-ftit flus li kellu nefaqhom fuq ix-xorb.

Fis-sena 1900 huwa marad u meta ra li hu kien fit-tmiem, sejjah sacerdot kattoliku li meta wasal, Oscar talbu biex ikun milqugh fil-knisja kattolika.  Is-sacerdot jirrakonta li amministralu l-maghmudija u wara l-Grizma tal-Morda. “Billi Oscar ma kienx f’sensih totalment jiena ma kontx ser namministralu l-Vjatiku Mqaddes, izda meta wara xi mumenti gie f’tieghu qarbintu. Mieghi qal l-Att ta’ l-Indiema, Att ta’ Fidi u Tama u Mhabba b’umilta’ kbira rassenjat mar-Rieda ta’ Alla.”

L-ghada Oscar Wilde miet.


 

Make a free website with Yola