jesusandmary

 

  • SANTA GEMMA GALGANI TINTERCEDI GHALL-KONVERZJONI TA’ MIDNEB QUDDIEM ALLA.

     

    “Ma nhiex ser inqum minn quddiemek O Gesu’ tieghi. Weghdni li ser issalvah.  Jiena noffri lili nnifsi bhala vittma ghall-midimbin, mod specjali ghalih.” Kliem Santa Gemma lil 
    http://3.bp.blogspot.com/_kEFTmMk3e5c/SPd4bBQ9iSI/AAAAAAAAAQU/EW7pNP15cZE/s400/St+Gemma+Galgani1.jpgGesu’.

     Padre Germanus jiltaqa’ ghall-ewwel darba ma’ Gemma li kienet qed toqghod mal-familja Giannini. Haduha gewwa darhom u addottawha bhala binthom billi l-genituri taghha kienu mejta. Gie biex jistudja dak li kienet ghaddejja minnu Gemma fuq talba tal-konfessur taghha.

    Padre Germanus jikteb hekk:

    Mort ghand il-familja Giannini fl-1 ta’ Settembru 1900 u ghalkemm qatt ma kienet ratni, gharfitni ghax ratni f’vizjoni ftit qabel. Giet tilqaghni u talbitni l-benedizzjoni.

    Kien il-Hamis filghaxija meta konna madwar mejda niccenaw.  Gemma hassitha mqanqla li kien ser tidhol f’estasi u marret f’kamritha. Ftit wara Celcilia Giannini, l-omm tal-familja addotiva sejhitli u mort fil-kamra ta’ Gemma u naraha f’estasi.

     It-tahdita taghha bejnha u bejn Gesu’ kienet fuq konverzjoni ta’ midneb. Kienet qed tissara ma’ Gesu’ biex takkwista l-konverzjoni.  Gesu’ ma riedx.  Izda hija kienet resoluta li tiehu minghandu dak li ma riedx Hu.

    “Issa li gejt tarani O Gesu’  ser nerga’ ingedded it-talba tieghi ghal dak il-midneb.  Dak huwa ibnek u hija”. U semmiet ismu. Kien barrani li Gemma ltaqghet mieghu gewwa Lucca u mnebbha minn Alla widdbitu biex jisma’ lehen il-kuzjenza tieghu u mhux iserrah mohhu li jkun kuntent li kellu fama tajba ta’ kristjan. Kien qed jghix hajja doppja, midneb minn gewwa u reputazzjoni tajba minn barra.

    Gesu’ deher li kien qed jilghaba ta’ Imhallef. It-talb ta’ Gemma ma kien qed jaghmel ebda effett fuq il-Qalb Divina tieghu. Gemma mimlija kuragg u determinazzjoni qaltlu: Ghaliex illum O Gesu’, ma tridx tismaghni? Ghar-ruh wahda biss inti ghamilt daqshekk! ( kienet qed tirreferi ghar-ruh taghha)  Ghaliex ma tridx issalvaha lil din r-ruh? Salvah o Gesu’. Kun twajjeb, Gesu’. Tghidlix hekk Gesu. Ma qaghadtx tqis kemm xerridt Demm u issa ser tqis id-dnubiet tal-midneb? Ma tridx tismaghni? Mela ghand min tridni mmur? Inti xerridt Demmek ghalih u ghalija. Allura ser isalva lili u mhux lilu wkoll? Ma inhiex ser inqum minn quddiemek O Gesu’ tieghi. Weghdni li ser issalvah.  Jiena noffri lili nnifsi bhala vittma ghall-midimbin, mod specjali ghalih. Inweghdek li naghtik kull ma trid. Ser tisma’ minni? Din hija ruh O Gesu’ li qed nitkellmu minnha, ruh li swietlek hajtek. Hu jikkonverti u jsir bniedem tajjeb.”

    Ghal kull talba taghha, Gesu’ wegibha li kien ser jezercita l-Gustizzja Divina. Imma hija mhegga aktar minn qabel qaltlu: “ Jiena ma nhiex infittex il-Gustizzja tieghek, jiena qed nitolbok il-Hniena. Gesu’ mur fittex dak il-povru midneb, aghfsu ma’ qalbek u tara li hu jikkonverti. Ghal inqas ipprova... Isma’ Gesu’, Inti ghidtli li ghamilt diversi tentattivi biex tikkonvincih, imma qatt ma ghadek ghedtli li Inti sejjahtlu Iben. Issa pprova dan u ghidlu li Inti Missieru u li huwa hu Ibnek. Issib li meta hu  jisma’ dan l-isem helu ta’ Missier, il-qalb iebsa tieghu tirtab.”

    Hawn il-Mulej Gesu’ biex juriha ghaliex ried jibqa’ sod fil-fehma tieghu, beda’ juriha haga haga c-cirkustanzi tal-hin u l-post ta’ l-okazzjonijiet hziena tieghu. U Gesu’ qalilha li issa kien bizzejjed.

    Hawn Gemma wriet dispjacir kbir. Hadet nifs kbir ‘l gewwa u halliet idejha jintelqu bhallikieku temmet kull tama. Imma f’daqqa wahda giet f’taghha u mill-gdid marret fuq l-attakk.

    “Naf Gesu’,” qaltlu Gemma,” Naf li offendiek bil-kbir.  Imma daqshekkiehor ghamilt jiena u madanakollu Inti wrejt Hniena mieghi. Naf Gesu, naf li offendik bil-kbir, imma Inti ma ghandekx tiftakar fi dnubietu.  Inti trid tiftakar fid-Demm li xerridt ghalih. O Gesu’ kemm imhabba kbira wrejt mieghi. Uza u uri din l-istess imhabba li wrejt mieghi ma dan il-midneb.  Ftakar O Gesu’ li jiena irrid li jsalva.  Rebha, rebha, nitolbok ghalih, f’gieh l-Imhabba li ghandek.”
     

    Minkejja l-isforzi kollha ta’ Gemma, Gesu’ baqa’ jzomm iebes fil-fehma tieghu.  U ghal darb’ohra Gemma hassitha bla kuragg biex tkompli tippersisti ma’ Kristu.  Fuqha waqa’ silenzju kbir, donnu deher li kienet ser iccedi l-armi.  Imma f’daqqa wahda hsieb iehor ghaddhielha minn mohha, qamet fuq taghha u tkellmet hekk ma’ Gesu’:

    http://1.bp.blogspot.com/-IWjHp1jPWjY/VQt4s1DkhgI/AAAAAAAAHiE/N-B6yWyqKug/s1600/Blessed_Virgin_Mary_at_Fatima_1.jpg

    "Tajjeb hafna, jiena midimba,  Inti stess kont ghidtli u li persuna ohra aghar minni ma kontx sibt. Iva jiena nistqarr dan, jiena l-akbar midimba u jiena ma jisthoqlix li Inti tismaghni. Imma hares jiena nressaq avukata ohra ghal dan il-midneb; hija l-stess Ommok li qed titolbok biex tahfirlu. Ara! Immagina tghid le lil istess Ommok!  Certament Inti issa ma tistax tghid le lil Ommok. U issa wegibni, Gesu’, ghidli li Inti ser issalva lil dan il-midneb.”

    Ir-rebha issa kienet ta’ Gemma ghaliex il-Qalb Hanina tas-Salvatur taghha, ta l-grazzja lill-midneb li jikkonverti. Il-ferh fuq wicc Gemma kien kbir hekk li hija esklamat: “Huwa salv, huwa salv.  Inti irbaht Gesu’. Inti dejjem tirbah.” U minn dak il-hin Gemma harget mill-estasi.

    Jirrakonta Padre Germanus li din ix-xena damet nofs siegha. Meta ghadda kollox u Padre Germanus irtira f’kamartu, habbat il-bieb u xi hadd qallu li kien hemm xi hadd li ried ikellmu. Il-Padre dahhlu gewwa u l-mistieden nizel gharkubtejh biex iqerr. Qalb il-qassis habbtet bil-kbir ghaliex quddiemu ma kien hemm hadd hlief il-midneb ta’ Gemma. Huwa akkuza ruhu  fuq dak kollu li s-sacerdot kien xhud tieghu waqt l-estasi ta’ Gemma. “Nesa’ jghidli haga wahda u jiena fakkarthielu,” jkompli jikteb Padre Germanus fir-rapport tieghu. “Ikkunslajtu filwaqt li ghidtlu x’kien sehh ftit hin qabel.  Minn ghandu hadt il-permess li nirrakonta dawn il-grajjiet ta’ l-ghageb tal-Mulej.”

    DIN IL-GRAJJA GHANDHA TIMLIEK TAMA LI BIT-TALB LIL MARIJA OMM GESU’ TRESSAQ ERWIEH LEJN BINHA F’DIN IS-SENA DEDIKATA LILL- HNIENA TA’ ALLA.

    ISSA HU L-MUMENT TITILFUX. TIPPRUVAX ISSALVA WAHDEK. IRRIDU NSALVAW FLIMKIEN.

     

Make a free website with Yola