jesusandmary

 

  • X'ser naghmnlu jiena u inti f'din is-Sena tal-Hniena?


     Santa Gemma ssallab lilha nnfisha ma’ Kristu u toffri lilha nnifisha  ghad-dnub.


    Jekk tassew irridu li s-Sena tal-Hniena tkun effettiva jehtigilna li nitolbu u naghmlu penitenza ghall-konverzjoni ta’ erwieh imbieghda minn Kristu. Ghal dawn l-erwieh irid ikun hemm min jitlob ghalihom kif xtaqet Marija meta lit-tlett rghajja ta’ Fatima talbithom biex jitolbu u jitolbu bla heda ghall-konverzjoni tal-midimbin.

    L-imhabba profonda li Gemma kellha ghal Kristu u Ommu Marija mexxietha biex tkun vittma ghall-midimbin u konverzjoni ghal erwieh.

    Kollox beda’ meta Gesu’ wera’ lil Gemma l-pjagi tieghu u talabha biex tghinu ghall-konverzjoni tal-midimbin.

    “Ghidli binti, thobbni hafna, inti?,” staqsieha Gesu’. “ Jekk thobbni taghmel dak kollu li nghidlek....Kemm hazen u malizzja hemm fid-dinja! Midimbin ikomplu jghixu hajjithom fil-htijiet; erwieh bla qalb u iebsa ma jaghmlu xejn biex jirbhu l-gidbiet tal-gisem; dawk fid-dwejjaq jitilfu l-kuragg; id-disperazzjoni u l-indifferenza jikbru minn jum ghal iehor u hadd ma jpatti ghalihom. Jiena ma nieqaf qatt nxerred il-grazzji tieghi fuq kulhadd, naghti hajja u dawl lill-knisja tieghi, virtu’ u sahha lil dak li jiggvernaha, gherf li dawk li jmexxu l-erwieh fid-dlamijiet, perseveranza u qawwa li dawk li jaghzlu li jimxu warajja; grazzji ta’ kull gens lill- gusti kollha tieghi. Jiena nibghat id-dawl tieghi lill-midimbin biex jaghrfu jrattbu qlubhom, filwaqt li naghmel dak kollu li nista’ biex jikkonvertu. Madankollu ftit li xejn nakkwista. Kemm ftit jikkorespondu mal-grazzji li nati lill-kreaturi tieghi li tant inhobb? Hadd ma ghadu jimpurtah minn Qalbi u l-Imhabba tieghi. Jiena ninsab minsi bhallikieku qatt ma habbejthom u sofrejt ghalihom.  Qalbi hija dejjem imdejqa! Minsi fil-knejjes tieghi.  Hafna, ipokriti, jittraduni billi jitqarbnu sagrilegalment.  Ma niflahx izjed”

    Gemma rrispondiet: Inti taf O Gesu’ kemm jiena lesta u pronta li nissagrifika lili nnifsi f’kollox.  Jiena lesta li nbati kull xorta ta’ sofferenza ghalik.  Lesta li naghti kull qatra ta’ demmi biex nghogob lill-Qalb Tieghek biex inpatti ghad-dnubiet tal-midimbin.”

    U bdiet tqieghed ix-xewqat ta’ Gesu’ fil-prattika. Riedet li tiehu fuq spallejha l-kastig tal-midimbin.  Kienet pronta li taccetta l-qilla ta’ Alla biex thares lill-midimbin minnha.  L-imhabba u l-fiducja taghha ghal Gesu’ imlewha b’kuragg biex toffri kompletament u mhux bin-nofs lilha nnfisha. Hija kitbet: “ Nixtieq li nahsel b’demmi dawk il-postijiet fejn Gesu’ huwa kalpestat.  Nixtieq li l-midimbin kollha jsalvaw ghaliex dawn kollha gew mifdija bid-Demm Prezzjosissmu ta’ Gesu.”

    U ghal darb’ohra Gesu’ jidhrilha u jghidilha: “ Binti, ghandi bzonn ta’ vittimi u vittmi qawwija!  Sabiex il-Missier Tieghi jkun jista’ jipplaka u tithallas il-Gustizzja Tieghu, nehtieg erwieh li bit-tbatijiet taghhom jpattu ghad-dnubiet u l-ingratitudni. O li kieku kulhadd jifhem kemm huwa offiz Missieri tas-Sema bil-hazen ta’ din id-dinja! Ma jiflahx jiehu pacenzja aktar bil-hazen kotran tal-midimbin u issa lest li jibghat il-kastig kbir tieghu fuq id-dinja.” 

    U b’generozita mimlija mhabba Gemma accettat is-sejha ta’ Gesu’. Hija qalet lil Gesu’: “Jiena l-Vittma u Gesu’ huwa is-sacerdot li jissagrifika . Jiena lesta Gesu’. Dak kollu li jrid Gesu’ jiena nixtiequ.  Dak kollu li jibghatli Gesu’ jiena nqisu rigal u don.” 

    Hija kienet lesta li ssofri bi tpattija ghall-midimbin, bhal ma jghid San Pawl: [Kol:1:24] Jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f'ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta' Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja.

    Kristu ghazilha biex tkun vittma tal-Gustizzja Divina ghall-midimbin u ghax hija ntelqet fi hdan il-Mulej biex jaghmel biha dak li jrid, Alla xerred fuqha grazzji kbar.


    IT-TBATIJA TA’ GEMMA PERMEZZ TAL-PJAGI TA’ KRISTU


    Gemma darba kitbet:” Min irid jikkontempla l-glorja tal-Mulej fuq il-muntanja Tabor, imma jiena nikkontemplah fuq il-muntanja tal-Kalvarju ma’ l-Omm tieghi tad-Duluri.”

    Trid thobb dejjem lil Gesu’?,” darba semghet vuci tghidilha, “ allura qatt tieqaf, anke ghall-mument biex tbati ghalih.  Is-salib huwa t-tron ta’ dawk vera li jhobbuh, is-salib huwa l-patrimonju ta’ dawk il-maghzulin f’din il-hajja.”

    U dan kienet tixtieq, li tbati ghal Kristu. Kien it-8 ta’ Gunju tas-sena 1899, Festa tal-Qalb ta’ Gesu’ meta l-Mahbub Divin taghha taha grazzja specjali – il-Hames pjagi fil-gisem taghha. Dwar dan hija kitbet hekk: "Gesu’ deherli bil-hames pjagi tieghu u minnhom ma kienx hiereg demm imma fjammi tan-nar.  F’daqqa wahda dawk il-fjammi taqbuli idejjha, riglejja u qalbi.”

    Hija rceviet il-Pjagi ta’ Kristu f’gisimha biex bit-tbatija taghha flimkien ma’ Kristu, il-midimbin jikkonvertu u jersqu lejn Kristu. Jikteb id-direttur spiritwali taghha: “ Tassew li hija kienet l-offerta tieghu. Kienet ukoll tghaddi mill-esperjenza tat-tbatija ta’ Kristu fil-Gnien taz-Zebbug.  Flimkien ma’ Gesu’ hija kienet tgharaq l-gharaq tad-Demm.”

    Darba meta hija kienet qieghda taghmel Siegha Adorazzjoni bhala att ta’ Imhabba lejn Kristu u tpattija ghal-insulti lejn il-Qalb ta’ Gesu, hija stqarret: “ quddiemi deher Gesu’ imsallab kollu dmija hierga mill-Gisem Imqaddes Tieghu. Jiena baxxejt ghajnejja  mill-ewwel u din id-dehra kieket kawza ta’ ugigh kbir ghalija. Jiena nxhett minn tuli ma’ l-art u hekk bqajt ghal sighat shah. Gejt f’tieghi bil-pjagi ta’ Kristu stampati fil-mohh tieghi u hekk impressjonat ruhi li din id-dehra qatt ma stajt ninsiha.”

    Tista’ inti tistqarr li tixtieq il-konverzjoni tal-midimbin minghajr ma tbati ghalihom meta Kristu stess jghidlek li xjaten bhala dawn ma jitkeccewx hlief bit-talb u l-penitenza u Marija Ssma twissi lir-rghajja ta’ Fatima biex jitolbu, jitolbu u jaghmlu sagrificcju halli l-bnedmin ma jintilfux ghal dejjem?

    Ejjew, jiena u inti nqumu mit-telqa li ghandna biex nghinu lil Kristu jigbed aktar erwieh Lejh matul din is-Sena tal-Hniena.


Make a free website with Yola