jesusandmary

 

 ALLA JMEXXINA...NINTELQU F'IDEJH

 

 QARI MILL-VANGELU [Mk:10:2]

Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu.[Mk:10:3] Weġibhom u qal: "X'ordnalkom Mosè?"[Mk:10:4] Qalulu: "Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha."[Mk:10:5] Mbagħad weġibhom Ġesù: "Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom dan l-ordni.[Mk:10:6] Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara.[Mk:10:7] Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu,[Mk:10:8] u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed.[Mk:10:9] Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem."[Mk:10:10] Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq dan,[Mk:10:11] u hu qalilhom: "Min jitlaq lil martu u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju kontra l-ewwel waħda;[Mk:10:12] u jekk mara titlaq lil żewġha u tiżżewweġ ieħor tkun ħatja ta' adulterju." [Mk:10:13] Ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom.[Mk:10:14] Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: "Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna ta' Alla.[Mk:10:15] Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha."[Mk:10:16] Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.

 

 HSIEB

 

 1. Il-bniedem kultant iqieghed lil Alla ghall-prova. Fis-silta tal-vangelu riprodotta hawn fuq, il-Farizej jpoggu lil Kristu ghall-prova u jikkritikaw il-pjan t'Alla. Kemm kultant inkunu suppervi fir-relazzjoni taghna ma' Alla! Min ahna ahna biex nikkritikaw lil Alla u nghidulu x'ghandu jaghmel? Il-ktieb ta' Gob ifakkarna li meta nqieghdu lil Alla ghall-prova, ahna nispiccaw maghrbula bhala ma l-qamh jghaddi milli passatur. (Ġob:38:1) Il-Mulej wieġeb lil Ġob minn ġot-tempesta u qallu: (Ġob:38:2) "Min hu dan li jrid joskura l-pjan ta' Alla bi kliem bla għaqal? U t-twegiba taghna tista' tkun biss billi nirrepetu dak li wiegeb Gob: (Ġob:40:4) "X'nista' nwieġeb jien li ma niswiex karfa? Ikolli nqiegħed idi fuq ħalqi! (Ġob:40:5) Darba tkellimt u ma nerġax; darbtejn, u ma nissuktax." Gie li nikkritikaw l-operat t'Alla, il-Providenza tieghu u nghidlu : " Ghaliex thallini nbati?"

 

 2. Id-dixxipli semghu t-twegiba ta' Kristu lill Farizej u qaghdu jithassbu fihom infushom. Meta kienu wahedhom fid-dar regghu staqsewh fuq dan il-punt. Donnu kien iebes ghalihom dan il-kliem ghall-mod ta' kif kienu mghallma. Imma ghal darba ohra Kristu afferma dak li kien diga ghallem u tahom l-istess twegiba. Min jiddivorza u jerga' jizzewweg ikun hati ta' adulterju. U knisja tabbaza dan it-taghlim taghha fuq it-taghlim ta' l-Imghallem divin, Gesu' Kristu. Il-knisja tghaddilna dan il-messagg minghajr ma tnqassalu mill-mertu tieghu u minghajr tlaqlieq, anki jekk dan ma jaqbilx ma' kif tahsibha d-dinja tal-lum. Naf bizzejjed u napprezza il-valur tat-taghlim tal-knisja bhala l-ghassiesa tal-kliem ta' Kristu? Jiena leali lejn dak li tghallem? Lest li niddefendih minghajr misthija jew kompromessi?

 

 3. Irridu neqirdu s-suppervja taghna u nsiru mill-gdid bhat-tfal iz-zghar. Dak li jhobb hafna Kristu dwar it-tfal hu s-sincerita taghhom, is-semplicita' taghhom u s-safa' taghhom. Dawn ma joggezzjonawx jew jiddubitaw mil-providenza t'Alla imma jaccettaw kollox minghajr tgemgim u jafdaw fih bhal ma jafdaw fil-genituri taghhom. Fir-relazzjoni tieghi ma' Alla ghandi jiena l-istess attegjament taghhom? Tghallimt nara xi jrid minni Alla b'dak li jipprovdili, kemm dak li hu tajjeb kif ukoll dak li hu kontra qalbi f'kull cirkustanza ta' hajti? Nghidlu grazzi ghal dak kollu li bih jghanini matul il-gurnata? Forsi ghad jonqosni hafna x'nahdem sakemm nasal f'dan il-punt li nintelaq f'idejh.

Talba:

 Mulej, illum, irrid innissel attegjament aktar umli billi ma nkunx imhallef tad-decizzjonijiet tieghek, imma naccetta dak kollu li tibghatli mhux biss il-lum izda anke ghall-gejjieni. Imxi mieghi ghax bik mieghi ma nitfixkel qatt u l-ghedewwa tieghi Inti tishaqhom biex ma jaqbdnuhiex fix-xibka taghhom. Jiena irrid nkun bhal tfajjel. Mulej Gesu' inti is-Sid tal-holqien kollu u madanakollu tixtieq tismaghni u tmexxini u tkun il-passi ghar-riglejja. Inti taf dak kollu li ghamilt fil-passat, taf il-present tieghi u wkoll dak li gej fuqi u madakollu inti tirrispetta l-liberta tieghi li naghzel lilek. Trinita' Qaddisa, inti kollox u ma jonqsok xejn; minkejja dan inti hlqatni u hlaqtni ghalik u ruhi ma issibx mistrieh jekk mhux fik. Inti l-ferh u l-hena ta' hajjitna. Grazzi ta' dan ir-rigal tieghek lilna. Jiena nofrri ruhi lilek flimkien mac-cokon tieghi ghax naf li dan joghgob lilek. X'nista' naghmel: ma ninsa qatt li noffri l-hajr tieghi lil Alla tal-gid li ghamel mieghi.

Make a free website with Yola