jesusandmary

DMUGH U DAHQ


Liza iltaqghet ma’ hbiebha li kienet ilha ghal zmien twil ma tara waqt irtir. Maghhom hija qasmet il-ferh u niket li bejnithom irrakontaw li ghaddew minnu tul iz-zmien.

L-ahhar jum ta’ l-irtir huma ccelbraw il-Quddiesa.

Aktar tbissim u dmugh! Ferhet Liza ghall-grazzja tal-Mulej li taha l-hajja eterna u din l-opportunita’ biex tiltaqa’ ma’ hbiebha imma kbiet f’qalbha meta rat x’sewa’ lil Gesu’ biex fdieha minn dnubietha.

Il-qari tal-quddiesa kien jittratta fuq Ezdra u dak il-jum sabieh gewwa Gerusalem. L-eziljati kienu rritornaw mill-iskjavitu’ taghhom u temmew il-bini tal-pedament tat-tempju tal-Mulej. Il-poplu kanta bil-ferh imma xi whud mill-qassisin xjuh kbew. Probabbli li kienu qed jiftakru fil-glorja tat-tempju ta’ Salamun. Jew forsi kienu qed jikbu htijiethom li kienu kagun li jittiehdu bhala ilsira f’art barranija?
[Esd:3:10] 

Meta l-bennejja qiegħdu s-sisien tat-tempju tal-Mulej, il-qassisin, libsin l-ilbies sagru, resqu bit-trombi, u l-Leviti, ulied Asaf, resqu biċ-ċimbali, biex ifaħħru lill-Mulej skond l-ordnijiet ta' David, sultan ta' Iżrael. [Esd:3:11] U kantaw għanjiet ta' tifħir u ta' radd il-ħajr lill-Mulej "għax hu tajjeb, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu" għal Iżrael. U l-poplu kollu għajjat għajta kbira ta' tifħir lill-Mulej, għax kienu tqiegħdu s-sisien tat-tempju tal-Mulej  [Esd:3:12] Ħafna mill-qassisin, mil-Leviti, u mill-kapijiet tad-djar ta' missirijiethom u x-xjuħ, li kienu raw it-tempju li kien hemm qabel, bkew b'leħen għoli meta tqiegħdu s-sisien il-ġodda tat-tempju tal-Mulej; imma ħafna oħrajn għajjtu għajat kbir ta' ferħ.

Kultant meta naraw lil Alla jahdem maghna nghaddu minn esperjenza mhallta; ikun hemm mumenti li fihom naraw l-ghegubijiet ta’ Alla maghna u allura nifirhu, izda wkoll nikbu meta niftakru fi dnubietna u minn liema tbatija kellu jghaddi minnha Gesu’ biex isalvana. Ta’ dan nikbu htijietna u nindmu.
Mhux li kien l-emozzjonijiet taghna ta’ imhabba u qima lejn il-Mulej taghna jhallu effett fuq ta’ madwarna.

Kemm il-ferh u kemm d-dmugh huma ta’ qima lil Alla.

Make a free website with Yola