jesusandmary

F’GESU’ BISS INSIB IL-PACI


Godwin kien supporter kbir tat-team tal-Football “The Eagles” sa minn meta kien ghadu teenager.  Kiber maghhom jaqsam dejjem id-dizappunt ghaliex dan it-team qatt ma irnexxilu jirbah unur. Sena wara l-ohra kien ikun qrib l-ewwel post, izda imbaghad jitlef. Minkejja dan “The Eagles” kellhom hafna supporters li kienu jhegguhom waqt il-loghob.  Imma minhabba li dawn kienu dejjem johorgu dizappuntati, laqqmu l-istadium fejn kienu jilghabu bhala l-“Fabbrika tad-Dizappunt.”

Id-dinja li fiha nghixu tista’ tkun ukoll fabbrika tan-niket. Hekk sensiela li ma tintemm qatt ta’ qsim il-qalb u dizappunti, kemm minn naha ta’ l-ghazliet li naghmlu jew hwejjeg li taghhom ahna ma ghandniex kontroll.

Madankollu is-segwaci ta’ Kristu ghandu t-tama mhux biss ghall-hajja li ghadha gejja, imma anke ukoll ghal dan il-jum stess li matulu qed jghix u l-jiem kollha ta’ wara. Gesu’ qal:” [Ġw:16:33] Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja!"

Innota ftit kliem Gesu’ li minghajr ma jnaqqas il-lotta kontinwa mad-dlamijiet jew swied il-qalb li nistghu ngarrbu, Kristu jaffacjhom bil-weghdiet tieghu ta’ paci, ferh u finalment bir-rebha.
Paci kbira ghal dawk li jafdaw fi Kristu u din hija aktar minn bizzejjed biex tghinna nghaddu minn dak kollu li l-hajja toffrilna.

It-tama taghna u l-paci insibuhom biss f’Gesu’. 

Nitqarrqu bis-shih jekk nahsbu jew inhabirku biex nsibu l-ferh u l-paci barra minn Gesu’. Dak li taf taghti d-dinja huwa biss morr u falzita’.

Make a free website with Yola