
HABRIEKI GHAL KRISTU
BEATU PIER GIORGIO FRASSATI (lajk)
FESTA 4 TA’ LULJU

Kien bniedem dedikat biex jghin lill-batut, bniedem ta’ talb u karita’. Involva ruhu ma’ gruppi ta’ zaghzagh kattolici, l-appostolat tat-talb u l-Azzjoni Kattolika u kien ukoll terzjarju dumnikan. Kuljum kien jghid ir-Ruzarju gharkubtejh quddiem is-sodda tieghu. Missieru spiss kien isibu rieqed f’din il-posizzjoni. Kien jghid li l-karita’ mhux bizzejjed; jehtieg riforma socjali. Ta daqqa ta’ id biex titwaqqaf il-gazetta jisimha “Momento” li l-principji taghha kienu bazati fuq it-taghlim ta’ l-enciklika ta’ Papa Ljun XIII Rerum Novarum
Minkejja li l-familja tieghu kienet wahda sinjura, missieru kien idu iebsa u qatt ma ta lil uliedu hafna flus x’jonfqu. Madankollu Frassati kien jaghti hafna jew kollox minn dak li kien jircievi minghand missieru lil dawk li kien jara fil-bzonn. Ma kienx l-ewwel darba li l-flus tat-tram kien jaghtihom lill-foqra u jmur lura d-dar bil-mixi jew jirkeb il-vagun tat-tielet klassi.
Minkejja li kien membru ta’ hafna organizazzjoniet huwa kien ilahhaq ma’ kulhadd u kien bniedem attiv f’kull wahda; hekk juru r-registri ta’ l-imsiehba ta’ dawn l-ghaqdiet. Kien kontra il-faxxizmu ghal ahhar u ma kienx jibza’ juri.
Dan gabu f’hafna perikli, izda qatt ma beza’. Meta darba grupp ta’ faxxisit dahlu d-dar tieghu biex jattakaw lilu u lil missieru b’kuragg kbir affronthom u baqa’ jigri warajhom sa tarf it-triq. Darba’ohra meta gie arrestat ghax ha sehem f’dimostrazzjoni organizzata mill-knisja gewwa Ruma, huwa rrifjuta li jkollu xi trattament specjali minhabba l-posizzjoni gholja ta’ missieru u pprefera li jaghmel kumpanija lil shabu.
Frassati miet fis-sena 1925 mill-marda poliomyelitis. Miet meta kellu 24 sena izda dak il-ftit zmien li huwa ghadda fuq din l-art imlieh b’hajja mimlija bil-fwieha ta’ qdusija. Il-familja tieghu baqghet mistghagba ghal ahhar li t-toroq minn fejn kellu jghaddi l-funeral kienu mimlija nies fuq iz-zewg nahat, jikbu lil dak li minnu raw hafna gid.
Il-process ghal beatifikazzjoni tieghu beda fis-sena 1932 u gie beatifikat f’20 ta’ Mejju tas-sena 1990 mill-Papa Gwan Pawlu II li sejjahlu l-bniedem tat-tmiem beatudnijiet.
It-tifkira tieghu hija kommemorata fl-4 ta’ Lulju.
Fil-qosor:
Twieled fis- 6 ta’ April 1901 gewwa Turin.
Miet fl-4 ta’ Lulju 1925 gewwa Turin
Beatifikat fl-20 ta’ Mejju tas-sena 1990 minn Papa Gwann Pawlu II