IT-TESTMENT TIEGHEK
Bin il-bniedem ma giex biex ikun moqdi izda biex jaqdi. (Mark 10 : 45)
Meta jum wiehed xterdet l-ahbar li l-imghallem tal-haddiema li kienu qed jibnu triq safa’ imtajjar minn karozza, kemm shabu l-haddiema kif ukoll il-kommunita’ tal-villagg hassew it-telfa ta’ dan ir-ragel tant dedikat ghall-familja. Il-knisja tar-rahal tieghu ma kienitx tista’ takkomoda lil dawk kollha li gew biex jaghtuh l-ahhar tislima. Hafna kellhom jikkuntentaw joqghodu barra l-knisja fil-pjazza. Il-messagg kien wiehed car: Timotju mess il-hajja ta’ bosta li kienu jafuh. Kellu sens ta’ cajt li jzomm lil kulhadd bi tbissima, hafna kienu ser ihossu t-telfa ta’ tjubitu, l-aktar il-haddiema li kienu jahdmu mieghu u kellu entuzjazmu kbir ghall-hajja.
Hekk kif irritornajt l-lura d-dar gieni hsieb fuq il-hajja tar-re Gerobam. X’kuntrast! Ir-renju qasir tieghu kien karakterizzat mit-terrur skont it-tieni ktieb tal-Kronaki Kap 21. Biex isahhah is-setgha tieghu qatel lil istess hutu u mexxejja ohra. Imbaghad hu mexxa’ lill-poplu tieghu ghal idolatrija. Kulhadd ftakru bhal dak il-bniedem li ghadda ghal hajja l-ohra minghajr hadd ma wera’ sobgha ghalih. Gerobam haseb li bil-forza krudili kien ser ihalli wirt warajh. Tassew li halla isem ghalih ghaliex fl-Iskrittura huwa mfakkar bhala l-bniedem il-hazin li halla warajh tant tahwid u swied il-qalb bl-imgieba hazin tieghu.
Il-hajja ma ddurx fuqna nfusna. Hajjitna ghandha titkellem fuq Gesu’
Ghalkemm Gesu’ kien re huwa gie fid-dinja biex jaqdi. Gera’ mal-Palestina kollha jaghmel biss il-gid. Huwa sofra l-ghira u l-mibgheda ta’ dawk li kienu jghixu madwaru, li kienu moghmija bil-poter u s-setgha. Meta wasal il-mument huwa ta hajtu ghal kulhadd biex kulhadd jinfeda’ minn dnubietu.
Dan hu l-wirt li halla Gesu’ Dan il-wirt jinkludi lil dawk li jifhmu li l-hajja ma ddurx biss fuqhom. Kollox hu b’Gesu’ ma’ Gesu’ u f’Gesu’, dak Gesu’ li jixtieq ihaddan lil kulhadd u li dawk li jixtiequ li jduru Lejh.