jesusandmary

IT-TEZOR MOHBI

[Prov:2:4] jekk tfittex l-għerf bħall-fidda,
u tħaffer għalih bħal teżor moħbi;
[Prov:2:5] mbagħad tifhem il-biża' tal-Mulej,
u ssib it-tagħrif ta' Alla.

Jiena u zewgi naqraw b’mod differenti. Il-lingwa Ingliza hija t-tieni lingwa ghalih. Studjaha fil-gheruq taghha biex ikunu jista’ jghallimha lil-istudenti tal-kulleggi gholja. Ghandu tendenza li jaqra bil-mod u jixtarr sew dak li jkun qara. 

Jiena minn naha tieghi naqra bilgiri.  Id-differenza bejnitna hija wahda kbira. Filwaqt li zewgi Tom jzomm dak li jkun qara u jikkwotah kelma b’kelma, anke jekk ikun qrah gimgha qabel, dak li nkun qrat jien jew minn fuq l-screen tal-kompjuter jew mill-ktieb jevapora ftit tas-sekondi wara.

Li naqra nghaggel u ghajnejja jigru bil-heffa minn vers ghal iehor hija problema ghalija, anke meta naqra l-Kelma ta’ Alla. Nigri naqra anke siltiet familjari, grajjiet li smajt sa minn mindu kont zghira jew xi salm li naf bl-amment minhabba ripetizzjoni fil-liturgija.

Insiru nafu tassew lil Alla u l-Gherf tieghu meta nfittxu ghalih b’qalb sinciera u miftuha li tilqghu.
Ghandna naghmlu kuragg biex inhabirku li nsiru nafu lil Alla ahjar, billi hsibijietna jkunu migbura fih waqt li nitkellmu Mieghu bil-Kelma tieghu ghaliex hemm biss Hu jista’ jitkellem maghna. B’hekk biss nistghu nassorbu fil-profond il-veritajiet. 

Kultant li naqraw il-Kelma b’lehen li nisimghu lilna nfusna jghin biex nassorbixxu aktar l-gherf divin.
Il-Kelma ta’ Alla hija prezzjuza u tixbah lil tezor mohbi li jekk ma tfittux ma issibu qatt.
Ejjew nieqfu ftit mill-ghaggla tal-hajja u nisimghu Lehen il-Mulej sabiex jiena nkun il-persuna li Alla jixtieqni li nkun.

Make a free website with Yola