IX-XIBKA TAS-SIGURTA’
L-agenda ta’ Kristu ghan-nisrani hija d-diskors tal-muntanja. Uriena x’jippretendi u jrid minna mhux biex jaghmlilna hajjietna iebsa izda biex jurina xi kwalitajiet sbieh ghandu Alla.
Ghaliex ghandna nhobbu lil ghedewwa taghna?
Ghaliex il-Missier hanin taghna jtella’ ix-xemx u jibghat ix-xita kemm fuq it-tajbin kif ukoll fuq il-
hziena.
Ghaliex ghandna nerfghu t-tezori taghna fis-sema?
Ghaliex il-Missier taghna jghix hemm u lest li jaghtina hlas extravaganti.
Ghaliex ghandna nghixu minghajr biza’ u nkwiet?
Ghaliex l-istess Alla li jlibbes il-gilji u l-haxix ta’ l-ghelieqi huwa Dak li jiehu hsiebna.
Ghaliex ghandna nitolbu?
Ghaliex jekk missier ta’ dina l-art jaghti hobza jew huta lil ibnu kemm izjed il-Missier taghna tas-sema
jaghti hwejjeg tajba lil dawk li jitolbuh.?
Quddiem Alla ahna lkoll l-istess: qattiela, qaddisin, midimba, hallelin, adulteri etc. Ahna lkoll imhassba u
mhawda u dak huwa l-unika stat ta’ kull bniedem wara l-waqa’ tieghu fid-dnub. Ma ghandna mkien fejn insibu rifugju hlief ghand Alla. Irridu nintelqu fix-xibka tas-sigurta Tieghu li hija l-grazzja ta’ Alla.
Alla biss jista’ jbiddel ruh midimba f’kapolavur tal-grazzja.
O Alla jiena midneb u nehtieg il-mahfra tieghek. Nemmen li mitt ghalija fuq is-salib biex thallas id-dejn
tad-dnub tieghi. Int ghamilt ghalija dak li ma stajtx naghmel jiena u bl-umilta’ kollha nistqarrlek li jiena
ma niswa’ ghaliex hlief li nghidlek tahfirli. Aghtini l-grazzja tieghek biex nghix il-hajja li Lilek tghogob.