jesusandmary

KURAGG, KOMPLI XXABBAT !


Julian ried imbuttatura ‘l fuq u hadha. Huwa kien qed jixxabbat mal-blat mal-habib tieghu Kevin li kien jorbot sew il-habel ma’ kull ftit metri mal-blat. Ghajjien hekk li ma felahx jixxabbat aktar, Julian talab lil Kevin biex inizzlu ‘l isfel halli jsib saqajh fis-sod ma’ l-art.


“Issa ghoddna wasalna,” ghajjat Kevin u xenglu tnejn biex jerga jqabbad idejh u saqajh mal-blat. Julian iddecida li jkompli u ma damx wisq ma wasal flimkien ma’ habibu fuq il-quccata tal-muntanja.
Kollox kien minhabba l-kuragg ta’ habibu Kevin.

Fl-ewwel zminijiet tal-knisja, is-segwaci ta' Gesu' kienu ta' kuragg wiehed ghal iehor biex ikomplu l-mixja taghhom wara l-Imghallem Gesu'

F'kultura fejn il-hajja ta' kuljum kienet imdawra b'hazen kbir u immoralita', kienu joffru kuragg lil xulxin biex jghixu hajja pura. [Rum:12:1] Nitlobkom ħuti, għall-ħniena ta' Alla, offru ġisimkom b'sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom. [Rum:12:2] Timxux max-xejra ta' din id-dinja, iżda nbidlu skond it-tiġdid ta' fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu x'inhi r-rieda ta' Alla, x'inhu t-tajjeb li jogħġbu, x'inhu perfett.

Dawk li kienu jemmnu fi Kristu kienu ta' konfort ghal huthom l-ohra. [Atti:13:15] Wara l-qari mil-Liġi u l-Profeti, il-kapijiet tas-sinagoga bagħtu jgħidulhom: "L-aħwa, jekk xi ħadd minnkom irid jgħid kelmtejn ta' tħeġġiġ lill-poplu, tkellmu."

Kienu jheggu lil xulxin biex jibqghu maghquda mat-taghlim tal-knisja u jhobbu u jhobbu dejjem aktar lill-proxxmu taghhom. Kristu ghaqqadna haga wahda mieghu u ma' xulxin bil-mewt, tbatija u l-qawmien tieghu mill-imwiet.

Ghalhekk ghandna r-responsabilita' li ninkoraggixxu lil xulxin biex intemmu l-mixja taghna ma' Kristu.

Kien hemm mumenti meta xi hadd ghamillek kuragg biex tibqa' miexi l' quddiem fil-hajja tieghek spiritwali, biex tkompli titlob u ma taqtax qalbek, biex tikber fl-imhabba tieghek ghal Gesu' u ghal ohrajn?

Ftakar fih, itlob ghalih u imxi fuq l-ezempju tieghu ma' l-ohrajn.

 

Make a free website with Yola