jesusandmary

NISTENNEW U NAHDMU GHALIH SA MA JIGI FIL-GLORJA


Is-sirena werzqet  u Jack, tifel ta’ xi erba’ snin semaghha. Ma kienx imdorri b’dak il-hoss li jippenetra l-widna u staqsa lil ommu x’kien.

Ommu wegbitu li dak il-hoss kien avviz lin-nies li maltempata qalila kienet gejja fuqhom u li jekk xi hadd jazzarda johrog jista’ jmut billi r-rih kien ser idur ghal tornado.

It-tifel bis-semplicita’ kollha tenna: “ Ma, ghaliex hija haga hazina? Jekk immutu ma mmorrux niltaqghu ma’ Kristu?”
Iz-zghar ma jifhmux xi tfisser tmut. Pawlu, l-appostlu tal-gnus, ghaddha minn esperjenza u kiteb xi haga simili ghal dak li qal Jack: “[Fil:1:23] ninsab bejn ħaltejn. Min-naħa l-waħda, nixtieq nintemm u nkun ma' Kristu, li jkun ħafna aħjar għalija” 

Dak iz-zmien li kiteb hekk kien qieghed arrestat gewwa daru, imma dak li kiteb ma kitbux imqanqal mid-disperazzjoni. Kien ferhan ghaliex it-tbatijiet tieghu kienu l-kagun li l-vangelu jinxtered.

“[Fil:1:12] Irridkom tkunu tafu, ħuti, li kull ma ġara lili safa aktar ta' ġid biex ġieb 'il quddiem  l-Evanġelju; [Fil:1:13] għaliex b'hekk, kull min jinsab fil-Pretorju u l-oħrajn kollha lkoll saru jafu li jiena marbut fil-ħabs għal Kristu, [Fil:1:14] u l-biċċa l-kbira ta' l-aħwa għamlu l-qalb fil-Mulej minħabba fil-ktajjen tiegħi, u bdew ixandru l-kelma bil-kuraġġ u bla biża' ta' xejn.”

Il-mewt u l-qawmien tal-Mulej taghna Gesu’ Kristu huma assigurazzjoni li ahna nghixu mieghu ghal dejjem.
Din l-assigurazzjoni titqawwa aktar meta l-opri taghna jkunu xiehda ta’ dak li nemmnu. Mhix dejjem hu ward u zghar biex naghtu xiehda ghal Kristu. Kultant irridu nbatu u nghaddu mill-persekuzzjoni minhabba fiha. Izda l-grazzja ta’ Alla tghin fejn ahna dghajfa.

Kollox hu  tajjeb dak li jwassalna lejn is-saltna tas-smewwiet.

Make a free website with Yola