jesusandmary

TAHRIG GHALL-HAJJA

 

[1Kor:9:26] Jien issa hekk niġri, mhux qisni bl-addoċċ; ma nissarax bħallikieku qiegħed nagħti fil-vojt. [1Kor:9:27] Iżda ngħakkes bl-aħrax lil ġismi u njassru, biex ma jiġrilix li, wara li nkun ippridkajt lil ħaddieħor, jiena stess insib ruħi kkundannat.

Recentement iltqajt ma’ mara li f’zoghzitha kienet tixxabbat mal-muntanji, habbtet wiccha kemm-il darba mal-mewt u waslet li tikser ir-record tal- Ktieb Guiness of Records. Illum hija qed tghix sfida differenti – dik li tiehu hsieb lit-tifel taghha li ghandu bzonn ta’ htigijiet specjali. Il-kuragg u l-fidi li kienet thaddan meta tixxabbat mal-muntanji issa qed tuzahom biex tkun tassew omm quddiem din il-problema tat-trobbija ta’ binha.

Fl-ewwel ittra lill-Korintin l-appostlu Pawlu jitkellem minn wiehed li jtellaq f’kompetizzjoni tal-giri.

Fil-kapitlu 9 l-appostlu juri kif hu jhares lejn l-isfidi ta’ l-imhabba u s-sagrificcju bhala maratona ta’ pacenzja u qawwa li jibdluna fi Kristu iehor.

Jekk ahna segwaci ta’ Kristu, ahna rridu ncedu d-drittijiet taghna bhala ubbidjenza Lejh.

L-ubbidjenza tmexxina lejn il-qawwa biex biha dejjem nersqu lejn premju li ma jispicca qatt. Mhux min jghidli Sinjur Sinjur jidhol fis-Saltna tas-Smewwiet, izda min jaghmel ir-rieda ta’ Missieri dan jidhol fis-Saltan tas-Smewwiet. ( Gesu’ Kristu)

Bhalma l-atleti jittrenjaw lil gisimhom sabiex jirbhu l-kuruna, hekk ukoll ahna irridu nharrgu lil gisimna u lil mohhna biex ruhna tikber fil-qdusija. Hekk kif nitolbu lil Ispirtu biex jibdilna, minn mument ghal iehor nibdew ninzghu l-bniedem il-qadim u nilbsu l-bniedem il-gdid. Bil-grazzja ta’ Alla u Tieghu biss nistghu nieqfu li nghidu dik il-kelma li twegga’ il-qalb: ma rridx nobdik, irrid naghmel fattija.

Nahseb ftit kif Alla jrid jibdilni llum u nimxi fuq il-grazzja tieghu.

 

Make a free website with Yola