jesusandmary


IL-FJURI LI MA JINXFU QATT.


Meta kien ghadu daqsxejn ta’ tifel,  Saverju, kien ihobb jaghti lil ommu bhala rigal, il-fjuri. Jekk ikunu mexjin passiggata fil-kampanja, arah jaqta xi fjuri selvaggi u jaghtihomlha. Meta tkun waslet xi okazzjoni, kien imur ma’ missieru u jixtri bukkett fjuri biex itihomlha bhala rigali. U l-omm kienet tapprezza l-fjuri kemm dawk maghtuqa minn taht xi hajt tas-sejjieh kif ukoll dawk friski li kien jixtrilha mll-hanut. Kienet tghozzhom sakemm jitbielu u mbaghad tarmihom.

Jum wiehed Saverju taha bukket fjuri artificjali. Kien tassew bukket tal- fjuri sabih kollox irrangat skont is-sengha. “Hawn ma,” qalilha,” Dawn ma jinxfux. Jibqghu ghal dejjem, Hekk inhobbok jiena ghal dejjem.”
Minn dak in-nhar Saverju kiber u sar zaghzugh.  Il-fjuri ghalkemm ma tbilux, pero’ kulurhom intilef xi ftit. Madankollu dawn il-Fjuri li ma Jinxfu Qatt ifakkru lil omm Saverju tar-rabta li kien hemm bejnha u bejn binha. Lil din l-omm jigiha hsieb iehor dwar dawn il-fjuri – li l-imhabba ta’ Alla ghalina l-bnedmin ma tinxef qatt anzi dejjem hija wahda hajja bhalma hu rivelat fil-kliem ta’ Isaija: Il-haxix jinxef, il-fjuri jitbielu u jaqghu, izda l-imhabba ta’ Alla tibqa’ ghal dejjem. Isaija KAP 40 vers 8.

F’dinja mimlija incertezzi u tbatijiet,  il-hsibijiet tal-bniedem jitbiddlu minn lejl ghan-nhar u s-sentimenti tieghu ma jkunux l-istess bhal jum ta’ qabel. 

Madankollu Alla taghna ma jimbidilx, hu l-istess Alla li tana lil Ibnu biex bih insalvaw, huwa Alla li fih nistghu npoggu it-tama taghna ghax hu ihobbna minghajr kundizzjonijiet. Jitlob biss li ahna nkunu fidili lejh.

Make a free website with Yola