KWARTA BISS NITOLBOK
Dr. Charles E Eliot, li ghamel hafna zmien president ta’ Harvard University, kien jemmen li nies ordinarji li jaqraw regolari mill-letteratura dinjija, anke ghal ftit minuti kuljum jistghu jikbru fil- livel ta’ edukazzjoni taghhom u jgawdu minn valur kbir.
Fis-sena 1910 huwa gabar flimkien siltiet minn kotba ta’ l-istorja, xjenza, filosofija u arti u gabarhom f’hamsin volum li semmiegh The Harvard Classics. Kull set ta’ kotba kien jinkludi gwida ghall-qari jismu “ Hmistax- il minuta kuljum” b’selezzjonijiet rakkomandati ta’ bejn tmienja u ghaxar pagni ghal kull jum tas-sena.
X’jsehh fina li kieku nghaddu kwarta kuljum naqraw il-Kelma ta’ Alla? Nistghu nghidu mas-salmista: [S:119:36] Iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek, u mhux lejn ir-regħba. [S:119:37] Tħallix lil għajnejja jħarsu lejn il-frugħa; agħtini l-ħajja bil-kelma tiegħek.
Kwarta kuljum ghal sena shiha jaghmlu 91 siegha. Imma hu kemm hu l-hin li nghaddu fil-qari tal-Bibbja, il-konsistenza huwa s-sigriet u l-ingredjent principali mhux il-perfezzjoni, izda il-persistenza. Jekk nonqsu jum jew gimgha, dejjem nistghu nergghu nibdew.
Kif jghallimna l-Ispirtu Qaddis ta’ Alla, il-Kelma t’Alla tmexxi hsibijietna u qlubna u tibdilna.
S:119:33 Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek.