jesusandmary

QATT TAQTA’ QALBEK


Wiehed mill-programmi favoriti ta’ telespettatur kien jismu The Amazing Race. F’dan il-programm ghaxar koppji jintbaghtu f’pajjiz barrani fejn hemm iridu jigru, bit-trains, karozzi tal-linja, taxi, bycycles u anke fuq riglejhom minn punt ghal iehor biex jircievu istruzzjonijiet ghal isfida wara l-ohra. Min jasal fil-punt fejn tintemm it-tellieqa u jasal l-ewwel dan jirbah premju ta’ miljun dollaru.

L-appostlu San Pawl iqabbel il-hajja nisranija ma’ tellieqa u jammetti li hu kien ghadu ma wasalx fit-tmiem. [Fil:3:13] Ħuti, ma jidhirlix li dan ġa lħaqtu; imma ħaġa waħda ngħid: waqt li ninsa 'l ta' warajja kollu, jiena nagħmel ħilti kollha biex nilħaq dak li hemm quddiemi; [Fil:3:14] niġri 'l quddiem lejn it-tmiem, biex nikseb il-premju li għalih Alla qed isejjħilna hemm fuq fi Kristu Ġesù.

Pawlu ma harisx lura u halla d-dghjufija tieghu tal-passat tiskoraggih u ttaqqlu bil-htija u anqas ma halla s-successi  jimlewlu qalbu bis-suppervja. Huwa ried jimxi ‘l quddiem biex isir jixbah aktar u aktar lil Gesu’.

Ahna wkoll bhalu qed nigru din it-tigrija. Minkejja dak li ghamilna tajjeb jew hazin fil-passat, ejjew nibqghu nithabtu biex nilhqu l-ghan taghna li nsiru nixbhu lil Kristu.

Ma ahniex nigru jew nikkompetu biex nirbhu l-premju ta’ din id-dinja li wara ftit jiem jitbiel, jinkiser jew jintnesa’. Quddiem ghajnejna l-iskop tat-temmija tal-girja taghna hu li nakkwistaw lil Kristu ghal dejjem.

QATT TAQTA’ QALBEK JEW ICCEDI BIEX TAKKWISTA LIL KRISTU.



Make a free website with Yola