jesusandmary

XEJRA TA’ GRATITUDNI

 

Hafna minna bizzejjed ghalihom nofs dak li ghandhom biex jghixu hajja komda minghajr tbatija. Alla ipprovdilna djar, ikel, mezzi biex nishnu u niffriskaw, eletricita’ u ilbies. U anke jekk il-kultura li fiha nghixu tinkoraggina biex nakkumulaw possessjonijiet materjali u gid iehor, ir-realta’ tibqa’ l-istess ghalina lkoll.

Meta nhallu dan il-wied tad-dmugh, ahna ma nistghu niehdu xejn maghna – anqas euro wiehed, donut jew handbag tad-ditta. Xejn. Dak li akkwistajna matul hajjitna jgawdih haddiehor. Inwahhluha f’rasna li ahna dhalna fid-dinja vojta u nhalluha bl-istess mod.

B’dan il-hsieb quddiem ghajnejna, niftrakru li ma ghandna niehdu xejn kif jghidu l-inglizi for granted. Dak kollu li ghandna gej minn Alla, moghti lilna bhala rigal jew don. Alla jitlobna biex inkunu amministraturi ta’ dawn ir-rigali, ta’ dawn il-barkiet u mhux sidien. Iridna li ngawdu dan il-gid tieghu minghajr ma naghmluhom allat taghna u naqsmu miz-zejjed li jkollna.  Meta ahna nimxu fuq din il-linja ahna ma nkunux mahkuma mill-konsumizmu, ma niehdu xejn for granted, anzi napprezzaw dak li Alla ipprovdilna.

 [1Tim:6:6] It-tjieba fiha qligħ kbir, tassew, għal min hu kuntent b'dak li għandu; [1Tim:6:7] għax aħna xejn ma ġibna   fid-dinja, u xejn ma nistgħu nieħdu magħna; [1Tim:6:8] sakemm għandna x'nieklu u x'nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina.

Anzi nindunaw kemm ahna ghandna nkunu rikonoxxenti u grati lejn il-Hallieq taghna.

Ahseb ftit illum kemm barkiet Alla tak: ilma nadif, ikel frisk, sodda shuna fejn tristrieh u ta’ madwarek li jhobbuk. Ara imbaghad kemm nies ohra biex jixorbu ftit ilma iridu jmorru ‘l boghod u jsibuh imdardar, kemm nies ifittxu l-ikel taghhom qalb l-iskart ta’ haddiehor, kemm nies jorqdu barra u kemm nies ifittxu li jaghmlu hsara lil haddiehor. Dan kollu ghax il-mexxejja taghhom jistghanew huma u jsajru lil ta’ tahthom.

 

Mulej ghinna biex napprezzaw il-barkiet tieghek u nghidulek grazzi fil-waqt li nahsbu f’haddiehor li hu inqas ixxurtjat minna.

 

Make a free website with Yola