jesusandmary

ALLA JIDDEFENDI LI DAWK LI JSOFRU GHALIH.

Mt:10:25] Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta' Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta' daru!  ..............Mt:10:29] Żewġ għasafar tal-bejt m'hux b'ħabba jinbiegħu? U b'danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa' fl-art mingħajr ir-rieda ta' missierkom. [Mt:10:30] Intom imbagħad sa x-xagħar ta' raskom kollu hu magħdud. [Mt:10:31] Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.

 

Gesu’ b’dak li ghandu jghidilna, jikkonfortana: Ulied Alla huma dejjem prezenti quddiem il-harsa helwa u attenta tal-Mulej. Jekk insofru xi tmaqdir jew zeblih jew ingustizzja minhabba Alla niftakru li Alla hemm qieghed biex jidhol ghalina. Ebda grajja f’hajjitna ma ser taqbilzu hekk li ma jindunax.

 Itfa’ harstek fuq Kristu u ara kemm qalu kontra tieghu, kemm ippruvaw jarrestawh izda zammew lura minhabba l-poplu. Jekk ghamlu hekk lil Kristu tahseb inti li tghid li inti appostlu tieghu, ma tghaddix mill-istess triq?

Jekk Alla ma jinsiex ghasfur tal-bejt ser jinsa’ lilek li inti ibnu/bintu li qed tithabat biex taghmlu aktar maghruf?

Ghalhekk nafdaw f’Alla meta tolqotna xi hsara minhabba l-Isem Qaddis tieghu. Il-fidi tieghek ghandha tmexxik.

 

.

Make a free website with Yola