jesusandmary

IL-FIDI MIS-SMIGH

 

[Mt:11:21] "Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f'Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta'  l-ixkejjer u l-irmied. [Mt:11:22] Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom. 

Kliem Gesu’, illum, huwa xi ftit iebes. Ghaliex Gesu’ hu daqshekk serju? Kristu jikkritika n-nuqqas ta’ fidi fost dawn il-popli, minkejja li huwa wettaq mirakli kbar f'dawn il-lokalitajiet.

Dawn il-popli kellhom nuqqas ta’ fidi fil-Mulej Gesu’. Qalbhom kienet maghluqa ghal-kelma ta’ Alla.  In-nuqqas ta’ fidi huwa zball li ahna qatt ma ghandna naghmlu.  Il-Fidi tikber mhux ghax naraw il-mirakli, imma ghax nitolbu dejjem u allura r-relazzjoni taghna ma’ Alla tikber u tissahhah.

Il-Fidi taghna tikber ghaliex nisimghu l-Kelma ta’ Alla, li taghmel fina bosta frott ghaliex qalbna tkun miftuha Ghalih. Kif jghallem San Pawl li l-Fidi mis-smigh u s-smigh mill-kelma ta’ Alla.

Mirakli, mirakli... il-mirakli jsehhu kuljum, imma huma biss il-hbieb ta’ Alla li jarawhom!


Make a free website with Yola