jesusandmary

IL-PJAN TA’ GESU’ GHAR-REBHA

[Mt:12:14] U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh.

 Il-'Qaddej tal-Mulej'

 [Mt:12:15] Ġesù sar jaf b'dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, [Mt:12:16] u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, [Mt:12:17] biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz   tal-profeta Isaija, meta qal,

 

          [Mt:12:18] 'Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart,

          l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet!

          Jien nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu

          u hu jxandar il-ġustizzja lill-ġnus.

          [Mt:12:19] Ma jiksirha ma' ħadd, ma jgħollix leħnu

          u ħadd ma jisma’ leħnu fil-pjazez.

          [Mt:12:20] Qasba mġelġla ma jiksirhiex,

          u musbieħ inemnem ma jitfihx,

          sa ma jwassal il-ġustizzja għar-rebħa,

          [Mt:12:21] u f'ismu jittamaw il-ġnus.'

 

Minkejja li kien ghaddej pjan biex jeqirdu lil Gesu’, bl-imgieba tieghu Kristu jirbah lid-dinja ta’ zmienu. U hekk jirbah id-dinja ta’ l-ahhar zminijiet Gesu’ ghax hu hallas prezz gholi ghal din il-Vittorja fuq il-hazen, ir-Rebha fuq ix-xitan. CHRISTUS VINCIT, CHRISTUS REGNAT, CHRISTUS IMPERAT.

Huwa jkompli bil-missjoni tieghu, jghallem u jaghmel il-mirakli biex isahhah id-Divinita’ Tieghu u sabiex juri hniena mal-batut. Kristu bidel il-hazen ghat-tajjeb: dik hija r-Redenzjoni, dik hija s-Salvazzjoni. Xi seba’ mitt sena qabel il-Profeta Isaija kien qal fuq Kristu, li “qasba imgengla ma jkissirix.”

U fuq is-salib waqt l-agunija l-izjed harxa, kien hemm l-istess reazzjoni: filwaqt li xi whud insultawh bl-istess opri mqaddsa tieghu, Gesu’  talab mahfra u fejjaq lil dak li talbu l-ghajnuna, il-halliel it-tajjeb.

Make a free website with Yola