GHINNI NIBNI L-KNISJA TIEGHI
Jiena ghaziltkom biex tmorru u taghmlu l-frott.
ISMA LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:
Jiena waqqaft il-Knisja tieghi biex tkun dawl ghall-bnedmin kollha halli huma jersqu Lejja. Stajt kieku ridt inkompli mmexxiha jiena, izda ridt li tkun inti u ohrajn bhalek li jghinuni biex il-knisja tieghi timxi ‘l quddiem.
Jiena, iva, irrid nahdem bis-sahha tieghek irrispettivament mic-cirkustanzi tieghek – fl-ufficju tieghek, gewwa darek, fic-cirku socjali, fil-parrocca etc – biex tfittex u ssib lil dawk li tbieghdu jew bdew jitbieghdu ‘l hinn mill-fidi.
Inti tista’ tasal ghand dawn in-nies fil-hajja tieghek ta’ kuljum.
Huwa fil-providenza kbira Tieghi li jiltaqghu mieghek u inti maghhom. Ghalkemm it-temperament personali tieghek, il-hiliet tieghek u cirkustanzi tieghek huma unici u differenti minn ta’ l-ohrajn, jiena rrid nahtrek haddiem mieghi biex tressaqli erwieh lejn is-salvazzjoni.
Dan huwa rwol vitali u mportanti merfugh ghalik.
Ser taccettah?
Tghidlix le. Iggibx skuza li inti midneb. Madwari l-appostli kienu ilkoll midimbin.
Tiftakar f’San Pietru? Cahadni. Jiena hfirtlu u halifli li jhobbni meta qalli: Mulej inti taf li jien inhobbok.
Ftakar fl-appostli kollettivament. Ilkoll harbu u abbandunawni meta gejt arrestat fil-Gnien taz-Zebbug. Irmewni. Izda jien hadt pacenzja bihom, sahhahtilhom il-fidi taghhom Fija wara li rxoxtajt, baghtilhom l-Ispirtu Qaddis tieghi biex iqawwilhom il-fidi u ara kif xerrdu l-knisja tieghi madwar id-dinja kollha.
Emmen fija u f’dak kollu li bih nista’ nghinek u inti ghin lili bil-mod li tista’: ghaddi xi kelma tajba lil min hu nieqes mis-smigh tal-Kelma ta’ Alla, ikteb fuqi u dwari fuq il-mezzi tal-kommunikazzjoni, hajjar lil ohrajn biex jitolbu, iggieled l-ezempji hziena b’ohrajn tajba minn naha tieghek u dak kollu li tista’ taghmel ghas-salvazzjoni tal-bnedmin tittraskurax.
AHSEB FTIT FUQ DAK LI GHIDTLEK U ILQA’ L-ISTEDINA TIEGHI.