jesusandmary

IL-GRAZZJA TA’ ALLA TIBNINA FI BNEDMIN GODDA.

 

MINGHAJRHA AHNA BNEDMIN IMHARBTA.

 

ISMA LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

 

Qabel ma’ imxiet fuq il-passi ta’ Giovanni l-Battista, billi marret tghix fid-dezert, il-qaddisa tieghi, Marija ta’ l-Egittu (ad 344 -421) ghaddiet iz-zoghzija taghha tigri wara l-pjaciri tad-dinja u tkun ta’ okazzjoni ghal irgiel. Meta kienet fl-eqqel tal-hajja hazina taghha, hija ddecidiet li tmur Gerusalem biex tkun ta’ tentazzjoni ghall-pellegrini.  Minflok, ghaddiet minn esperjenza profonda - hija kienet mghaddsa fil-hazen bil-kotra kbira ta’ dnubietha u wara li kkonvertiet marret tghix fid-dezert hajja ta’ penitenza. Il-bidla radikali ta’ hajjitha turi l-kobor tal-grazzja ta’ Alla.

Id-dixxiplu tieghi Pietru cahadni tlett darbiet. Ftit sighat qabel ic-cahdiet tieghu, Pietru kien ghamilli dikjarazzjoni bil-miftuh li huwa lest li jmut ghalija (Luqa 22:33). Id-disfatta tieghu kienet daqqa kbira ghalih. Wara li jiena mitt u qomt mill-Imwiet, Pietru kien qed jistad mad-dixxipli l-ohra shabu, meta jiena dehriltilhom. Jiena tajtu cans jiddikjara imhabbtu ghalija tlett darbiet– wahda ghal kull cahda (Giovanni 21 : 1-3) Ma’ kull cahda jiena ordnajt lil Pietru biex jiehu hsieb il-poplu Tieghi. Ir-rizultat ta’ din l-grazzja kien li Pietru jkollu sehem kbir u centrali fil-bini tal-Knisja tieghi u sahansitra jaghti hajtu ghalija.

L-istorja ta’ kull bniedem xejn ma hi inqas minn ta’ dawn it-tnejn; tista’ tibda' bin-nuqqasijiet taghhom, imma mhux bilfors tintemm bl-istess mod. Jigri hekk jekk jistinaw rashom u jibqghu jghixu fid-dnub. Il-grazzja ta’ Alla dejjem ghandha tmiem differenti ghall kull bniedem, dejjem jekk il-bnedmin ihalluni nahdem fihom bil-grazzja tieghi.

Bil-grazzja tieghi jiena nifdi lil kull wiehed u wahda minnkom minn dnubiethom u nibdilhom fi bnedmin godda. Bis-sahha tal-grazzja tieghi kull hlejqa tinza’ il-bnedmin il-qadim u tilbes il-bniedem il-gdid kif jghallimkom l-appostlu kbir tieghu San Pawl.

 

AHSEB FTIT KIF IL-GRAZZJA TIEGHI KIENET TA’ BARKA KBIRA GHALIK?

Make a free website with Yola