jesusandmary

IL-PREMJU TAL-GENNA

 

INTI MAHLUQ GHALL-GENNA

 

ISMA’ LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

 

Minn zmien ghal iehor tajjeb hafna li tiffoka fuq ir-realta’ glorjuza tal-genna. Il-genna hija reali u jekk Alla jrid, jum wiehed inti tinghaqad mieghi biex flimkien, inti u Jiena ngawdu lil xulxin f’ferh etern. Li kieku inti tifhem sew x’inhi l-genna, naccertak li tkun tixtieqha bil-qawwa tieghek kollha.

Fil-genna hemm post ghal kulhadd, ghal kull bniedem li jimxi warajja Jiena stess kont ghidt lil appostli tieghi li fid-dar ta’ Missieri hemm bosta ghamajjar.

  Bhala nisrani jehtieg li tnissel fik imhabba kbira lejn dan il-premju etern li jiddependi hafna  fuq kemm inti tifhem l-iskop tieghek fuq din l-art.  Il-premju etern jghinek tibqa miexi fit-triq li twasslek lejn il-beatitudni eterna.

Is-sema huwa pajjizek.  Jiena ghalhekk hlaqtek biex taghrafni, u taghmel ir-rieda tieghi u wara tigi tgawdini fil-genna ghal dejjem. Is-sema hija darek. Inti flimkien ma’ ohrajn, intom ulied Alla, intom huti. Jiena ghalhekk hallejt hajti ghalikom biex tirtu dan il-premju etern.

Li inti tinfired mill-mahbubin tieghek minhabba l-mewt hija xi haga difficli u Jiena din nifhimha. Il-firda mill-mahbubin tieghek turi li kien hemm il-vera imhabba  f’dik ir-relazzjoni. Hija haga tajba. Pero’ Alla jrid li din id-dieqa ta’ firda tithallat mal-ferh hekk kif tiftakru li dawn il-mahbubin taghkom qeghdin  quddiem Missieri fis-smewwiet. Hemmhekk naccertak li huma bil-wisq kuntenti u jum wiehed inti tkun imsejjah biex taqsam dan il-ferh.

Ahseb spiss fuq din id-dar ta’ Missierek. U hallini mmexik Jiena lejn dan il-post ta’ ferh etern. Hallini nkun il-gwida tieghek. Bija bhala gwida zgur li titfixkilx it-triq li twasslek hemm.

 

Make a free website with Yola