jesusandmary


X’INHUMA L-PRIORITAJIET TIEGHEK?

IL-FLUS MHUX KOLLOX.

ISMA LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

Infakkrek li jiena darba ghidt li hadd ma jista’ jaqdi zewg sidien ghax jew jobghod lil wiehed u jhobb lil iehor jew inkella izomm ma’ wiehed u jiddisprezza lil iehor. Hadd ma jista’ jaqdi zewg sidien.

Jiena ma nhiex kontra li jkollok il-flus jew il-gid ta’ din l-art. Jiena kontra li l-prosperita’ tahkmek, li tpoggi t-tamiet tieghek kollha fuqha flok tafda Fija.
Jekk tasal biex il-flus ikunu alla tieghek, inti taghzel li tghix fl-izball. Il-qawwa tal-flus hija limitata. Bil-flus tista’ tixtri daqshekk. Bil-flus tista’ tasal sa hawn.
Jekk tehtieg li tfieq minn marda inkurabbli, il-flus ma jwassluk imkien. Jekk il-familja tieghek qed tisfaxxa ruhha, il-flus ma jghaqqduhiex.

Imma jekk tfittex lili fil-problemi tieghek il-prosperita’ tieghi tasal f’kull rokna ta’ hajtek.

Jiena generuz mieghek. hekk generuz li nixtieqek li jkollojk l-ahjar fuq din l-art, precizament kif inti tixtieq l-ahjar ghal uliedek. Jekk jiena niehu hsieb il-haxix li l-lum ihaddar u ghada jinxef biex jingabar u jinharaq, ma tahsibx li Jiena ghandi l-kura tieghek hekk ghal qalbi li ma rajthiex bi kbira li noqghod ghat-tbatijiet tas-salib biex insalva lilek u lil hutek.

Il-pjan tieghi hu li inti jkollok il-htigijiet kollha necessarji bis-sahha tal-grazzji tieghi.

Aghmel dak li nixtieqek taghmel billi l-ewwel tfittex li taghmel ir-rieda tieghi u kollox jinghatalek b’zieda.

AHSEB FTIT KEMM NIEHU HSIEBEK MATUL IL-JUM.  FTAKAR LI L-EWWEL PRIORITA’ TIEGHEK GHANDHA TKUN LI TITFA’ GHAJNEJK FUQI GHAX KOLLOX GEJ MINNI.



Make a free website with Yola