jesusandmary

JIENA NIEHU HSIEBEK

IL-PROVIDENZA TIEGHEK HIJA KBIRA, 
O ALLA. INTI MA TINSA’ LIL HADD.

ISMA’ LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

Illum nixtieq insemmilek lil wiehed zaghzugh jismu Jim. Ghadu haj u jhobbni hafna. 
Jim ghandu karattru li ghal kull haga ta’ xejn jhossu xi ftit jew wisq inkwetat. Ihobb jippjana kollox bil-quddiem. 

Fis-sajf li ghadda tghidx kemm kien frustrat ghaliex billi kien ser jattendi universita’  barra pajjizu kellu jhalli l-job ta’ filghaxija fejn kien jahdem u hassu skomdu li issa ser ikun bla flus. Nghidlek li tghidx kemm talabni biex nieqaf mieghu f’dan il-mument ta’ htiega. Ftit jiem qabel ma telaq, il-kumpannija talbitu biex jekk irid jista’ jibqa’ jahdem maghha bit-teleworking.  Tghidx x’nifs ‘l gewwa ha Jim meta ircieva din l-istedina. 

Kif tara jiena ma nabbanduna lil hadd. Anqas lil dawk li jabbandunawni, jiena nibqa’ nigri warajhom bit-tama li xi darba jdawru spallithom lejja. Ahseb u ara lil dawk li jhobbuni. Kull ma nkun nixtieq huwa biss li jafdaw fija u jiena ma nabbandunhom qatt.

Jiena Alla tal-Providenza u ma nhalli qatt lil xi hadd nieqes minn dak li hemm bzonn, izda naghmel dan skont il-gudizzju tieghi u mhux skont il-programm tal-persuna. Jekk missier jaghti dak li hu tajjeb lil ibnu kemm izjed jiena naghti hwejjeg tajba lil dawk li jitolbuni.

Il-qaddej tieghi Abraham ghadda minn sitwazzjoni ferm aktar difficli minn dik ta’ Jim Jiena ghidtlu biex jiehu lil ibnu Izakk u jissagrifikah fuq il-muntanja. La gerger u ma qaghdax jahsibha; Abraham obdieni u ha lil Izakk fuq il-muntanja kif ordnajtlu jiena. Dam tlett ijiem jivvjaga lejn dan il-post, zmien bizzejjed biex jekk ried seta’ jbiddel il-fehma tieghu. Imma dan ma ghamlux.

Meta Izakk staqsa lil missieru, Abraham wiegbu: “Alla jipprovdi vittma ghall-hruq tas-sagrificcju.” Meta kien lest li joqtol lil ibnu, Alla waqqfu ghax ra kemm fidi kbira u ghamja kellu fih. Imbaghad ipprovdilu vittma ghall-hruq.

Jiena qatt ma nonqos li nghin il-bniedem fil-hin tal-bzonn tieghu, basta dan jafda fija, anke meta dan jidher li ilu jistenna.

KUN BNIEDEM TA’ FIDI U TAMA.

EMMEN F’ALLA U TTAMA FIH U MA JKUN JONQSOK XEJN.


Make a free website with Yola