jesusandmary

L-“ILSIR” TA’ ALLA

NAGHMEL IR-RIEDA TA’ ALLA

ISMA’ LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

Ebda qaddej ma hu akbar minn sidu u anqas messaggier akbar minn dak li baghtu. Dan jien ghidtu lil appostli tieghi meta hsiltilhom saqajhom fl-Ahhar Cena li ghamilt flimkien maghhom qabel ma tajt hajti ghas-salvazzjoni tal-bniedem.  Jekk tistudjahom tajjeb dawn il-kliem, issib li hija xorti kbira li tkun qaddejj u messaggier ta’ Alla u li ghandek dejjem taghti glorja lil Alla. Dawn huma punti mportanti li fuqhom ghandek tfassal u tghix il-hajja tieghek tar-ruh.

Normalment l-idea li tkun  ilsir ma hiex xi haga li wiehed jixtieq. Ghalkemm inti tista’ tahseb li l-iskjavitu’ hija xi haga ta’ l-imghoddi, hija haga reali fiz-zminijietna u qed iggib hafna hsarat. L-aghar haga ta’ l-iskjavitu’ hija l-krudelta’ li biha s-sidien jew padruni jittrattaw l-iskjavi. L-iskjavi huma ttrattati ta’ oggetti u propjeta’ li hija kuntrarju ghad-dinjita’ ta’ bniedem.

Issa insa din ix-xena ta’ fuq u dawwar harstek fuq persuna li trid tkun skjav ta’ wiehed li jhobbu  perfettament u li hsiebu biss li jghin lil dak l-“iskjav” biex jilhaq l-ghan tieghu fil-hajja.

F’kaz bhal dan,  sid l-iskjav huwa Jiena, Alla tieghek. Id-dinjita’ tal-bniedem jiena ngholliha u mhux inbaxxiha. Forsi meta ilbist l-umanita’ biex inzilt hdejk fid-dinja ma kienx il-mezz biex ghollejt id-dinjita’ tieghek u ta’ hutek il-bnedmin? 

Ghamiltek hija meta minn fuq is-salib tajt lil Ommi biex tkun l-omm tieghek ukoll.
Il-kmand tieghi hu li l-ilsir tieghi jhaddan l-imhabba u l-ferh  u bl-imhabba u l-ferh jmur ixandar il-messagg tieghi fid-dinja. Pero’ huwa f’idejk li inti tkun il-qaddejj tieghi, l-iskjav tieghi, il-messaggier tieghi, ghaliex jiena nhalli lil kulhadd liberu fil-ghazla tieghu.

Qatt ma ghandek tibza’ mill-idea li tkun ilsir ta’ Alla.  Dan ghandu jkun l-ghan ewlieni tieghek. Tkun ilsir tieghi, taghmel dak li nghidlek ghal gid tieghek, timxi warajja. Il-qaddisin li qeghdin fil-genna jgawduni, ilkoll kienu ilsira tieghi anzi tant habbewni li taw hajjithom ghalija minn jeddhom. Batew u haduha kontra taghhom infushom.

Nissel fik ix-xewqa li tkun qaddej tieghi. Kun af li jiena xejn ma nhalli ghaddej bla ma naghti l-hlas tieghu. U meta taghmel ir-rieda tieghi, lesti ruhek ghall-premju etern u kbir u li ma kien jimmeritak qatt li kieku mhux ghax Ghandi qalbi generuza ghal ahhar.  Jiena naf inhallas ghal mitt darba. Jekk inti lest li tkun il-qaddej tieghi jiena lest li noffrilek kull ghajnuna.

PERO TINSA’ QATT LI TRODDLI L-HAJR GHAL KULL MA NAGHMEL MIEGHEK.  TANT GHAMILT MIEGHEK LI JIENA TAJT HAJTI BIEX INSALVA LILEK LI KONT ILSIR TAX-XITAN. HEMM X’NAGHMEL AKTAR? U NIBQA’ INXERRED L-GHAJNUNIET TIEGHI FUQEK SA MA NARAK HDEJJA FIS-SEMA.


Make a free website with Yola