IT-TALENTI
GHAJNUNA GHALIK
ISMA LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:
Irrid infakkrek li inti ghandek tezor kbir li ghadek ma kxiftux ghal kollox. Inti ghandek hafna doni li tajthomlok jiena, minghajr ma inti hdimt ghalihom. Li kieku kellek taghmel lista tal-kapacitajiet u t-talenti tieghek, tintebah li hemm hafna opportunitajiet li qed jistennewk biex titjieb inti, in-nies u d-dinja ta’ madwarek.
Halli nsemmilek biss tlieta biex kliemi jkun fil-qosor. Inti thobb tikteb, sviluppa aktar din il-hila u uzaha biex tikteb halli xxerred is-saltna tieghi u l-qari tajjeb. Inti thobb tkanta, sviluppa dan it-talent tieghek biex tmexxi l-kant waqt il-liturgija. Inti tgawdi s-sahha, mela uza din l-opportunita’ biex tghin fizikament u b’kull mod possibbli lill-batut.
Tajtek talenti daqs kemm tiflah u kemm inti kapaci bhalma ghallimt lin-nies meta rrakontajtilhom il-parabbola tat-talenti. Is-sinjur, lil min tah hamsa, lil min tah tlieta u lil min tah talent wiehed biss. Is-sinjur lil hadd ma halla b’xejn ghax ma riedx lil hadd jibqa’ lura.
L-izball li tista’ taghmel f’hajtek hu li ma thaddimx it-talenti, li taqta’ qalbek jew aghar minn hekk titghazzen. Jiena nippretendi u nitlob minnek rizultat tat-talenti li tajtek.
L-appostlu tieghi Pawlu jheggeg lil insara biex juzaw id-doni li jiena tajtkom u rcevejtu skont il-grazzja ta’ Alla. Hu jkompli jghid li hemm diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-Ispirtu; hemm diversi ministeri, imma l-istess wieħed hu l-Mulej; hemm diversi ħidmiet, imma l-istess Alla, li jaħdem kollox f'kulħadd. Alla jaf lil kull wieħed u waħda minkom personalment u jittratta magħkom individwalment.
Dak il-qaddej tal-parabbola ma kienx xi midneb, lanqas kien xi wieħed ta’ karattru ħażin u lanqas berbaq il-ġid ta’ sidu. Ma kienx qaddej li dabbar rasu bis-sehem li messu bħalma għamel l-iben il-ħali, u lanqas ġab ruħu ma’ l-oħrajn bħall-qaddej ħażin li kellu ħafna dejn ma’ sidu. Il-ħtija tiegħu kienet li ma ppruvax jiżviluppa u jħaddem dak li ngħatalu bil-grazzja ta’ Alla.
Filwaqt li Jiena nqassam b’xejn u bl-abbundanza, ir-rigali tiegħi, inti ma tistax tahbihom jew ma tatix kazhom. U kemm jekk tkun tagħmel il-faċendi fid-dar kif ukoll jekk tkun tinvesti somom kbar ta’ flus, is-sejħa għad-dixxipulat titlob fedelta’ f’kull ma nagħmlu.
Jiena naghtik il-grazzji tieghi bi skop speċjali u uniku: biex tikber u timbidel u toqrob lejn il-perfezzjoni. Il-grazzja tieghi hija relazzjoni li ma tafx tmien….li ma tispiccax. Iktar ma titlobni aktar ntik.
Jiena ma nippretendix li bilfors trid taghmel success, imma nistenna li tkun fidil lejja.
AHSEB FTIT :
DIN HI L-WEGHDA TIEGHI: JEKK VERAMENT TIPPROVA, JIENA NBIERKEK BIS-SUCCESS U NDAHHLEK FIL-FERH TIEGHI