jesusandmary


‘L QUDDIEM FIL-HAJJA NISRANIJA

FTIT PARIRI MINN KRISTU

ISMA LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

Id-dinja hija mimlija qerq u dan il-qerq hu perikoluz hafna ghaliex hadd ma hu cert li huwa mehus minnu.  Nassigurak li kultant ix-xitan jibdel lilu nnifsu f’anglu tad-dawl biex iqarraq b’erwieh tajba. Jiena nwissik biex toqghod ferm attent minn profeti foloz li minn gewwa huma ilpup imma liebsa ta’ nghag minn barra.

U Jiena irridek toqghod attent biex ma tahsibx li s-salvazzjoni tieghek hija garantita ghaliex inti membru tal-knisja tieghi permezz tal-Maghmudija. Inti trid tghix Bija u Fija ghax jiena z-zokk u inti l-fergha. 

Jekk inti trid timxi warajja ma tistax timxi fuq sett ta’ regoli nsara u tieqaf hawn. Jiddispjacini nghidlek li inti tkun qed tghix biss il-qoxra. Jehtiglek aktar minn hekk. Kabbar il-fidi tieghek bis-smigh tal-Kelma ta’ Alla u qieghda fil-prattika. Ghax nghidlek li bniedem dghajjef fil-fidi jigrilu bhal dak li bena’ daru fuq ir-ramel qamu l-irwiefejn, faru x-xmajjar u kollox habat kontra dik id-dar u d-dar iggarfet, ghax kienet mibnija fuq ir-ramel. Imma min isahhah il-fidi tieghu bis-smigh tal-Kelma ta’ Alla u jqieghdek fil-prattika dak li jisma’ ikun jixbah lill-bniedem li bena’ daru fuq il-blat, qamu l-rwiefen u faru x-xmajjar kontra dik id-dar u d-dar ma waqghetx ghax kienet mibnija fuq is-sod.

Nistiednek li ma tonqosx mit-talb ghax it-talb huwa bhal nida’ ghas-sigra, bhal ilma safi ghal gheruqha. Erfa’ jum il-Hadd ghall-qima tieghi bis-smigh tal-Quddiesa u xi opri tajba ohra, nghidu ahna xi qari tar-ruh jew qari tal-hajjiet tal-qaddejja tieghi.  Irregola l-hajja tieghek b’mod li taqdi dmirijietek lejn Alla mill-ahjar li tista’.

Kun bhal sigra tajba li taghmel frott tajjeb u bnin. U biex taghmel frott ta’ l-ispirtu lesti ruhek ghas-sagrificcju. Ma jidhirlikx li sigra tal-frott ma hiex qieghda biex tinzamm go konservatorju, izda biex tkun f’ghalqa miftuha esposta ghal temp ikrah u temp sabih, ghal irjiehat li jbandlu u jxejru l-frieghi u ghar-raggi qliel tax-xemx.?  U hija t-tibdil tat-temperaturi li jisvillupaw il-fjura u imbaghad issir frotta matura u bnina.

Fuq kollox inheggeg li meta tkun ispirat mill-grazzja tieghi, imxi fuq dak li nnebhek Jiena ghax jiena naghti bl-abbundanza lil kull min jitlobni.

JEKK TRID TIMXI VERAMENT ‘L QUDDIEM FIL-HAJJA NISRANIJA, AGHTI KAZ XI JNEBBHEK KRISTU.

Make a free website with Yola