
MHUX INTI GHAZILTNI,
IZDA JIEN GHAZILTEK.
ISMA LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:
Qatt rajt nahla kemm tahdem bil-ghaqal jum wara l-iehor u kolonja ta’ nahal ilkoll biezla jahdmu ghal l-istess skop naturali? Jahdmu biex jipproducu l-ghasel. Ma hux xi haga zghira, ix-xoghol taghhom, u jirrekjedi hidma kontinwa minn naha ta’ eluf ta’ nahal biex jipproducu ammont zghir ta’ ghasel. Imma fl-ahhar, l-isforzi taghhom jkollhom il-frott u jipproducu l-ghasel li huma jerfghu gewwa x-xehda.
Hekk inhi wkoll hajtek. Sejjahtlek personalment biex taqdini, u sejjahtlek biex taghmel hekk f’ghaqda ma’ ohrajn u mhux ghar-rasek. Hadd ma jsalva wahdu. L-ghaqdiet religjuzi, id-djocesijiet, il-parrocci, familji u hbieb ilkoll sejjahtilhom biex jaqduni bhala kommunita’ ta’ fidi. Meta kull wiehed jaghmel il-parti tieghu jew taghha, jiena nifta’ barka ta’ frott sabiex il-hlewwa ta’ imhabbti tinzel fuq id-dinja li tant hija mbieghda.
Inti tara lilek innifsek bhala “nisrani timxi ghar-rasek ”? Jew tara lilek nnifsek bhala membru tal-familja ta’ Alla, li tfittex li taghmel il-parti tieghek biex maqghuda ma’ ta’ haddiema ohra fil-ghalqa tieghi taslu biex ixxerrdu s-saltna tieghi? Ftakar dejjem li l-Knisja tieghi waqqaftha biex iggib il-paci tieghi fid-dinja niexfa mill-imhabba vera kif naf naghtiha jiena. Il-parti tieghek li jiena ghazilt biex taghmilha inti ma jista’ johodilek hadd…ma jista’ jaghmilha hadd hliefek.
Ahseb ftit jekk intix qed taghmel il-parti tieghek, zghira kemm hi zghira, u li taghha inti responsabbli. Meta taghmel hekk inti tkun qed taghmel l-volonta’ tieghi, kuljum, u f’kull mument tal-jum.
Li taghmel atti zghar ta’ imhabba, ghazla li tafda fija, u li tissottometti l-volonta’ tieghek ghal tieghi, inti tkun qed taqdi l-missjoni tieghek li ghaliha jiena ghaziltek. Jiena nghaqqadhom max-xoghol siewi ta’ hutek l-ohrajn u nsaqqihom bil-grazzja tieghi biex b’hekk ix-xoghol kollettiv taghkom ibiddel id-dinja u jxerred is-saltna tieghi.
AHSEB FTIT KEMM HIJA XORTI KBIRA LI INTI TKUN FIS-SERVIZZ TIEGHI. EZAMINA LILEK INNIFSEK KIF TISTA’ TGHINNI F’DAN IX-XAHAR.