jesusandmary

MIN HU KONTRA TIEGHI?

Jiena u d-dinja ghedewwa ta’ xulxin

ISMA’ LIL KRISTU JKELLMEK U JGHIDLEK:

Id-dinja u Jiena, ahna kontra xulxin. Dak li tghozz id-dinja jiena nobghodu u dak li nobghod jiena, id-dinja mhux biss tghozzu, izda tghollih u tfahhru.

Wiehed huwa stmat mid-dinja skont kemm ghandu flus, skont kemm igawdi stima, skont kemm ghandu kumditajiet fid-dar. Imma oqghod ferm attent ghax mhux kemm ghandek flus jghodd, kemm jistmawk in-nies jew kemm tghix f’kumdita’, izda kemm inti qrib Tieghi. Mhux x’jghidu n-nies fuqk, imma x’inghid Jiena fuqek jiswa’ u ghandu valur.

Kemm nies jithabtu biex jakkumulaw il-gid biex flok bih jghinu lil min hu fil-bzonn jahznuh. Il-gid taghhom seta’ kien ta’ konfort ghal hajjithom, izda l-uzu hazin tieghu kien mezz biex jitilfu ruhhom. Infakkrek li hekk gralu s-sinjur li cahad kull ghajnuna lil Lazzru. Kien kuntent f’din il-hajja, izda tilef kollox fl-ohra. 
Kemm ghandu ragun Koholet, wiehed mill-Kotba Bibblici jghid li “Kollox huwa frugha” u jkompli Tumas a Kempis “barra min li jhobb lil Alla.”  Jkompli jghid Koholet “Kemm hi bluha li tithabat ghal gid li jghaddi, meta dan jirtu haddiehor li qatt ma thabat ghalih.”  

Lil dawn in-nies nghidilhom biex jisimghu minn dak il-lehen mohbi: Ja iblah il-lejla ser inehhulek hajtek u l-gid li hzint ta’ min ser ikun?

Ibni / binti tibnix ic-centru  ta’ hajtek fuq il-flus. Il-Flus imorru u jigu izda jekk titlef Lili tkun tlift kollox. Hallini jiena nkun ic-centru ta’ hajtek. Kollox Bija, kollox Fija u kollox bil-Qawwa tieghi.

AHSEB FTIT FUQ DAK LI GHIDTLEK U ILQA’ L-ISTEDINA TIEGHI.

FITTEX L-EWWEL IS-SALTNA TIEGHI U KOLLOX JINGHATALEK B’ZIEDA.
L-IMPORTANTI FIL-HAJJA HU LI MHUX KIF IN-NIES JAHSBU FUQEK, IZDA KIF ALLA JAHSEB FUQEK

Make a free website with Yola