ara l-ewwel dan il-filmat biex tidhol fil-qalbha tal-grajja, imbaghad aqra dak li jsegwi
GESU’ QED ISEJJAHLI:
GESU' JOFFRILNA BOSTA OPPORTUNITAJIET
GESU' JOFFRILNA BOSTA OPPORTUNITAJIET
Il-laqgha ta' Gesu' ma' l-armla ta' Naim kienet ta' qsim il-qalb ghal ahhar. Gesu' thassarha lil din il-mara meta raha.
Gesu' issimpatizza maghha mhux biss ghax fehem id-dulur taghha, izda wkoll ghaliex huwa hass dieqa minhabba fiha.
Kien dulur tal-qalb kbir hafna. L-Ewwel tilfet lir-ragel taghha, issa lil uniku iben taghha. Minghajr ghajnuna fil-familja, il-futur taghha kien wiehed imcajpar. Bit-telfa taz-zewgt irgiel fil-hajja taghha, l-imghoddi taghhakien mitluf. Gesu' li ghalih il-qawmien ta' bniedem mejjet ghall-hajja la kien l-ewwel u l-anqas l-ahhar wiehed, jersaq lejn it-tebut, imissu u semplicement jghid: " Zaghzugh nghidlek qum"
Dan iz-zaghzugh gie moghti t-tieni cans ghall-hajja minhabba l-hniena u moghdrija ta' Gesu'. Anke l-armla giet moghtija t-tieni cans fil-hajja meta kollox deher mitluf. Ahna lkoll ninghataw diversi opportunitajiet fil-hajja ghaliex il-Qalb ta' Gesu' hija mimlija hniena lejn bnedmin. Tajjeb li niftakru li ninghataw kemm ninghataw cansijiet fil-hajja, ahna irrid immutu, bhalma l-armla mietet, bhalma binha miet u bhalma Kristu miet ukoll fuq is-salib. Allura x'ghandha tkun l-attitudni taghna fil-hajja?
Kull cans li ninghataw nuzah tajjeb u ma nhallux jghib minn taht idejna ghax meta Gesu' joffrilna dan ic-cans, joffrihulna biex noktru fil-grazzja tieghu.
Hudu u titilfux ghax minn OPPORTUNITA' OHRA ma intix zgur.