jesusandmary

l-ewwel ara dan il-filmat qasir biex tidhol fl-ispirtu tas-silta tal-vangelu. Imbaghad kompla aqra dak li jsegwi.

 GESU’ QED ISEJJAHLI:

NGHID DEJJEM IVA LILL-MULEJ

 

Il-kolletturi tat-taxxi kellhom isem hazin mal-poplu lhudi. Kienu jaraw fihom nies hziena, mhux biss jahrabhom, izda jiddisprezzhom ukoll. Meta Gesu’ ra lil Mattew bilqieghda mal-mejda tat-taxxi hass moghdrija  ghalih.

U nahseb li l-ewwel haga li Mattew innota kien il-mod ta’ kif Gesu’ hares lejh. Nahseb li l-ewwel esperjenza ta’ Mattew fuq Kristu kien il-mod ta’ kif Kristu hares b’harsa li anqas hadd ma kien qatt hares lejh. Impressjonatu. Meta ghajnejhom iltaqghu ma’ xulxin Mattew zgur li hass imhabba u kompassjoni, u mhux htija u gudizzju. Gesu’ ma harisx lejh b’mibgheda u disprezz izda b’imhabba u kura.

Ix-xoghol li jogbor it-taxxi ghazlu Mattew nnifsu u  per konsegwenza ta’ hekk sar karattru li gab fuqu r-rabja ta' gensu kontrih. Dan kien  rizultat ta’ l-ghazla tieghu. Kien ikollu jkun pjuttost ahrax biex jirnexxilu jigbor ta’ l-anqas dak li kien dovut. Il-harsa ta’ Gesu’ kienet tfisser li Mattew ma kienx il-bniedem li kien qed juri li kien. Il-parti li kien qed juri li hu kien, kienet qed  tkissru u tnissel fih dwejjaq. Imma l-istedina ta’ Gesu’ ejja u imxi warajja kienet tfisser li dak id-dwejjaq kellu jinbidel f’ferh u serenita’ jekk huwa jaccettaha.

Forsi ghall-mument Mattew haseb:  Min jiena? …….Jiena publikan……Jiena ma nistax ninbidel….. U min jarani minxi warajk x’sejjer jghid?

Imma dawk il-protesti silenzjuzi sfaw mirbuha u melghuba minn vot ta’ fiducja fl-Imghallem Gesu’. U minghajr ma ddubita mid-decizjoni tieghu wiegeb: “ Iva. Ammen, kollni tieghek Mulej”. Xejn ma fixklu, ma kellux dubbji aktar u kull biza’ ghebet minn go fih ghax fehem li kien hemm xi hadd li ma kienx jiggudikah b’mod negattiv bhal hutu l-Lhud. Mattew gie imfejjaq hekk kif wiegeb ghas-sejha tal-Mulej Gesu’.

Ahna, bhal Mattew ninsabu quddiem il-mejda tal-kumdita’, tal-pjaciri, tal-ghana, ta’ l- unuri , tal-kompjuters u loghob etc u quddiemna naraw lil Gesu’ jhares lejna b’harsa ta’ kompassjoni u mhabba, jghidilna li dawk il-hwejjeg kollha jghaddu u ma ghandhomx valur, ghax il-valuri tad-dinja huma qziez quddiem Alla. Hekk kien jghid u jghallem San Gorg Preca.

Gesu’ jaf b’dak kollu li jassarna u jrid jehlisna minnu. X’ahna nistennew biex bhal Mattew nghidulhu: Iva Mulej hawn arana, ahna tieghek u inti taghna. Dak li trid inti rridu jiena u dak li ma tridx inti ma rridux jiena.


Make a free website with Yola