jesusandmary

 





ARA L-EWWEL IL-FILMAT BIEX TIDHOL FL-ISPIRTU TAL-GRAJJA, IMBAGHAD AQRA IL-MESSAGG HAWN TAHT:

 GESU’ QED ISEJJAHLI:

GHAJJAT LIL KRISTU SA MA TINHANAQ


U waslu Ġeriko. Hu u ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”
 Mark 10:46–47

Kif titlob? Meta ssejjah lil Gesu', issejjahlu b'qawwa u konvinzjoni? Bartimew l-ghama jhallilna ezempju mill-isbah u konvincenti ta' kif ahna ghandna nitlobu.  L-ghama kien fi stat ta' htiega kbira. L-ghama tieghu huwa tifsira ta'  kull dghjufija taghna u ta' kull htiega li wiehed ikollu bzonn matul hajtu. Allura x'inhu dak li tissielet mieghu l-iktar fil-ħajja? X'inhuwa l-akbar dnub dnub abitwali tieghek? Jew x'l-aktar li jikkagunalek swied il-qalb?

L-ewwel pass taghna huwa li naghrfu d-dghjufija taghna. Meta nsiru konxji mill-akbar htigijiet taghna allura rridu nghajtu lil Gesu' bhalma ghamel Bartimew. Malli sema' li kien ghaddej Gesu' Bartimew hass f'ruhu li Kristu ried ifejqu. Kif wasal ghal din il-konkluzjoni? Sema' il-vuci ta' Alla go fih. Sema' lil hafna jitkellmu dwar dan Gesu' waqt li l-Imghallem ta' Nazaret kien ghaddej mit-toroq ta' Geriko. Imma dan biss wahdu ma seta' qatt igieghlu  jkun jaf li Gesu' kien il-ghajn tal-hniena li kellu bzonn. Dak li gieghlu kien il-lehen car ta' Alla, imqanqal mill-Ispirtu Santu fir ruh tieghu li wrieh li kellu bzonn lil Gesu' u li Gesu' ried ifejqu.

Ghall-ewwel dawk ta' madwaru canfru lil Bartimew u wissewh biex joqghod kwiet. U li kieku Bartimew  kien dghajjef fil-fidi huwa kien joqghod ghalli qalulhu u fid-disperazzjoni jaghlaq halqu. Imma huwa car li mhux biss injora c-canfir taghhom, izda kompla jghajjat aktar bil-qawwa.

Hawn Bartimew jaghtina xhieda doppja ta' kif ghandna nduru lejn il-Mulej Gesu'. L-ewwel irridu nhossu l-prezenza cara u gentili tieghu fir-ruh taghna. Irridu naghrfu lehnu u l-hegga tieghu tal-grazzja li joffrilna. Irid ifejjaqna u l-prezenza tieghu trid tinhass gewwa fina. Il-follol li canfru lil Bartimew huma simbolici tal-hafna ilhna u tentazzjonijiet li nesperjenzaw fil-hajja taghna u li jzommuna lura milli nghajtu bil-fidi lil Alla li jrid ikellimna. Xejn u hadd ma ghandu jiskoraggina mid-determinazzjoni tal-qalb tagna li nsejhu lil Gesu' fil-bzonn taghna.

Irrifletti fuq Bartimew u ara lilek innifsek xbiha tieghu. Ilmah lilek nnifsek fil-bzonn iddisprat tal-Mulej u oqghod attent ghal lehnu. Thossok li ndunajt bih? Jekk iva ghajjatlhu bil-hegga kollha tieghek u b'konvinzjoni li jghinek. U jekk tkun ser taqta' qalbek minhabba xi ilhna ohra jew tentazzjonijiet, ghajjat aktar.  Zgur li jisimghek u jxerred il-barkiet tieghu fuqek.

Gesu' hanin tieghi inti kontinwament ghaddej minn hdejja, igbidni lejk bil-presenza tieghek. Aghtini l-grazzja li ghandi bzonn sabiex nara l-htiega li nsejjahlek b'qalbi kollha. Jalla qatt ma naqta' qalbi minn din it-talba herqana tieghi u meta nigi ffaccjat mit-tentazzjoni nghajjatlek aktar. Gesu' jiena nafda fik.



Make a free website with Yola