jesusandmary

ara l-ewwel dan il-filmat biex tidhol fl-ispirtu tal-grajja evngelika, imbaghad iftah is-suggett li jidher hawn taht: IT-TEMPESTA TA' HAJJITNA.

 GESU’ QED ISEJJAHLI:

IT-TIEG TA' KANA.

XEJN MA JIGRI ADDOCC

 

Kun af li bhal Gesu' ahna lkoll nghixu skont il-programm ta' Alla. Il-fatt li l-ewwel miraklu sehh go festa ta' tieg u sehh wara li l-Gharus u l-Gharusa spiccalhom l-imbid.... jurina li Alla jippermetti li jsehhu certi hwejjeg ghal skopijiet qaddisa tieghu. Dak li sehh, sehh gewwa Kana biex tkun  revelata l-Glorja ta' Alla fi zmien ta' importanza u li kellu jigi nnutat. Ic-celebrazzjoni kellha tkun okazzjoni ta' ferh, muzika u zfin. Il-festa kellha ikel tajjeb imma l-qofol kien l-imbid. L-Imbid huwa simbolu ta' l-imhabba u l-ferh ta' Alla ghalina.  Alla ghandu pjan ghalina ilkoll....fil-programm tieghu, bhal meta inti li qed taqra, iltqajt ghal l-ewwel darba mas-siehba jew sieheb tieghek, Alla jurik it-triq ta' l-imhabba u l-ferh ghalik.

 

MARIJA U INTI

Uza lil Marija bhala gwida ghat-talb tieghek fil-hajja. L-ewwel pass ghall-htigijiet tieghek huwa li turi lil Marija bihom. Titkellem fuqhom maghha. Tkellem maghha fuq kull problema, dawk serji u dawk inqas serji. Bhalma ma' Marija gharfet il-htigijiet ta' l-gharajjes, in-nuqqas ta' imbid, u gabithom quddiem Gesu', hekk ukoll hija tara u tisma' il-krib ta' kull wiehed u wahda minnha, iggibhom quddiem Binha Gesu' u Gesu' bhala Iben den taghha, ma jhallihx it-talbiet ta' ommu jmorru mar-rih.

 

L-UBBIDJENZA

L-ubbidjenza taghna nuruha meta naghmlu r-rieda ta' Alla. Marija qalet lis-servi biex "jaghmlu dak li jghidilhom" u Gesu' ordnalhom li jimlew il-garrar sa fuq nett. U hekk ghamlu. Setghu kienu mhabbta, biex forsi gabu l-ilma kien ser ikollhom imorru 'l boghod, imma huma mlewhom sa fuq nett. U meta gew ordnati biex iqassmu mill-garrar li huma kienu jafu li l-kontentut taghhom kien ilma...... ghamlu bhala ma kienu mitluba. Imma fl-ahhar intlew bil-ferh meta saru jafu li l-ilma imbidel f'imbid. Ahna lkoll imsejha biex inkunu qaddejja ghall-Kelma ta' Gesu', il-Mulej taghna. Inharsu dak li jghidilna mill-qalb u bla tgergir u zgur li ngibu ferh u mhabba lil xulxin u lil dawk ta' madwarna. L-ubbidjenti dejjem ikanta vittorja ghaliex jaghmel dak li lilu ikun ikkmandat. L-ubbidjenti ma jizbalja qatt.


marzu2021

Make a free website with Yola