
KRISTU L-KONFORT TIEGHI
L-akbar tragedja ta’ l-istorja tal-paralitiku hija espressa fi kliemu: “ Ma ghandi lil hadd biex jitfaghni fl-ilma…” Kieku persuna wahda biss kienet hemm, kieku qalb wahda biss wiegbet bil-moghdrija, il-fejqan tal-paralitiku seta’ sar snin qabel.
Ma’ l-ugigh tal-gisem, il-paralitiku kien ibati ukoll minn solitudni u izolament. Il-Germanizi ghandhom qawl li jghid: “L-uġigh, meta jinqasam, isir nofsu hażin, imma l-uġigh mhux kondiviz huwa d-doppju.”
Jekk wiehed ma jkollux lil Alla mieghu, hajtu hija wahda mohlija, mizerabbli. Kemm-il darba nahsbu li ma hemm hadd li jtellaghna mill-ilma, hadd li jidhol ghalina fl-ugigh taghna. Jekk nahsbu hekk ahna zbaljati. Gesu’ qieghed hemm hdejna bhalma kien hdejn il-paralitiku, dirghajh miftuha, lest li jfejjaqna mill-mard taghna jew tbatija taghna li xi kultant jimbuttawna ghas-solitudni.
Sitwazzjoni bhal din tista tipparalizzana, sakemm ma nersqux biex nigbdu lil Gesu’ lejna halli npoggulhu f’hogru l-vulnerabbilta’ taghna.
U meta Gesu’ imissek u jfejqek irrakonta l-gid li rcevejt minghandu lil haddiehor. Aqsam l-istorja tieghek dwar il-barkiet li Gesu’ bierkek bihom ma’ haddiehor. Il-barkiet tieghek huma inutli jekk jibqghu midfunin go fik. Hija r-responsabbiltà tiegħek u tiegħi, f’isem Ġesù, li niżvelaw dawk il-barkiet li bihom ghanina Kristu, halli b’hekk jitbierek u jkun nfahhar ismu ghal dejjem mal-bnedmin kollha.
Tista tghid li inti ghaqli, ghandek id-dawl biex idawwal id-dlam tal-kamra u inti tahbieh u tibqa’ tghix fid-dlam?
Meta tiltaqa’ tassew ma’ Gesu’ fik issir bidla kbira.
dicembru 2021@