jesusandmary


ara l-ewwel dan il-filmat biex tidhol fl-ispirtu tal-grajja evngelika, imbaghad iftah is-suggett li jidher hawn taht: L-ADULTERA

 GESU’ QED ISEJJAHLI:

L-ADULTERA


Din il-grajja tal-mara adultera hija ezempju sabih ghal ahhar ta' l-Iben t'Alla, li juri hniena u moghdrija mal-midneb. Dan ghandu jkun balzmu ghal dik ir-ruh li offendiet lil Alla u issa tinsab taht is-salib tal-htija u l- misthija. Meta Gesu' hafrilha Huwa wera' li jistenna li qalb midimba turi sobgha ghad-dnubiet taghha u rieda qawwija li tahrab dak li dari waqqaha fid-dnub.

 Ir-reazzjoni ta' Gesu' li huwa l-Gustizzja ppersonifikata tghaggeb ghal ahhar. Qatt ma lissen kelma ta' kundanna, imma wera' hniena u mahfra. Bil-gentilezza u tjubija huwa jistieden lill-mara biex tbiddel hajjitha u tikkonverti. "Anqas jiena m nikkundannak. Mur u tidnibx izjed." Alla ma jridux id-dnub u jbati minhabba fih, imma Huwa jistaportina u juri hniena maghna.

 Gesu' ma jridx il-hazen, jrid biss dak li huwa tajjeb u jaghti l-hajja ghalina. Kien ghalhekk li fil-hniena tieghu huwa waqqaf is-Sagrament tal-Qrar jew Rikonciljazzjoni sabiex hadd ma jintilef, u fis-Sagrament isib il-mahfra kollha, huma kemm huma kbar dnubietna. Il-Papa Frangisku jghid: " Ejjew ma ninsewx li Alla qatt ma jghejja jahfer. " Il-problema hija minn naha taghna. Ahna nghejjew nitolbu mahfra, ahna ma nistqasux ghall-mahfra. Alla huwa Missier hanin li jaghder id-dghufija taghna u li jhobbna minkejja n-natura hazina taghna.

 Ejjew ahna wkoll nitghallmu nuru moghdrija ghal haddiehor. Ejjew nitolbu lill-Vergni Mbierka, li zammet fi hdanha lill-Hniena ta' Alla maghmul bniedem, biex tghinna ma nikkundanaw lil hadd anzi nkunu ta' ghajnuna biex inressqu nies ghal ghand Alla.


april2021

Make a free website with Yola