jesusandmary

 

GESU’ QED ISEJJAHLI:

Penitenza u Konverzjoni

Jum wiehed Gesu’ kien ghaddej mit-triq, ra wiehed jismu Levi u qallu: Ejja warajja. Dak qam, halla kollox warajh u mar wara Kristu.  Dan Levi kien pubblikan. U ghax laqa’ l-istedina ta’ Gesu’, Gesu’ ghazlu bhala wiehed mit-tnax.: Mattew. Dawn il-kolletturi tat-taxxi jew pubblikani ma tantx kellhom fama tajba man-nies. Kienu meqjusa bhala nies hallelin, qarrieqa u midimbin pubblici. U minhabba f’hekk kulhadd kien jahrabhom. Imma Gesu’ mexa’ mod iehor. Hasibha differenti minn dawk li kienu jahsbu fuqhom b’dan il-mod.

Il-bnedmin kollha huma midimbin u dawk li huma umli bizzejjed biex jifhmu dan, li jhossu li ghandhom bzonn tas-salvazzjoni, il-Mulej isejhilhom b’ghan preciz: ghall-penitenza u ghall-konverzjoni. Min jahseb li hu tajjeb u ma jammettix il-htiega ghall-konverzjoni ikun qed jaghlaq qalbu ghall-grazzja. Din ma hija ghajr xejn hlief suppervja spiritwali. Bniedem li huwa konxju li jista’ jinghad mal-morda u mal-midimbin jista’ jserrah rasu  li Kristu ser jigi jfittxu biex jaghtih hafna grazzji halli jikkonverti u jehles mid-dnub.

Ghalhekk gie Kristu fid-dinja biex ifittex lill-marid u mhux lil min hu b’sahhtu.

Din l-istedina ta’ Gesu’ ghall-penitenza ghandna nilqghuha b’id miftuha ghax b’hekk biss nistghu nikkonvertu. It-twegibha taghna ghandha tkun bhal ta’ Levi; minghajr tnikkir, minghajr biza’. Nilqghu l-istedina ta’ Gesu’ biex din tkun il-mixja taghna warajh.

It-tifsira essenzjali tal-penitenza tesiġi dejjem bidla ta’ ħajja: mid-dnub għall-virtù, mill-medjokrità għall-ħeġġa, mill-ħeġġa għall-qdusija. Dan it-tibdil ġewwieni ma jistax jitwettaq mingħajr l-għajnuna ta’ Alla: imma l-Mulej mhux xħiħ u waqt li jsejjaħ lill-bniedem għall-penitenza, joffrilu l-grazzja meħtieġa biex jikkonverti. Dan ifisser li tghix il-Maghmudija, sagrament li permezz tiegħu “l-bnedmin jidħlu fil-misteru tal-Għid ta’ Kristu: imutu miegħu, jindifnu, iqumu mieghu. “

jannar2021

Make a free website with Yola