jesusandmary


 GESU’ QED ISEJJAHLI:

SEGWACI TA' KRISTU

Il-mod ta’ kif gabu ruhhom l-ewwel dixxipli ta’ Gesu’ ghal l-istedina tieghu, Ejjew u imxu warajja u naghmilkom sajjieda tal-bnedmin, juri li Pietru  shabu s-sajjieda …. kienu lesti li jaccettaw l-awtorita’ ta’ Gesu’. Ezempju car ghalina li qed nghixu fid-dinja tal-lum biex naccettaw l-awtorita’ tieghu permezz ta’ l-ubbidjenza. Kemm hawn insara li lesti jaghmlu dan? Kemm insara jaghzlu li jobdu dak il-kmandament imma mhux l-iehor ghax dik hija l-ehfef triq? Ghan-nisrani veru, ma hemmx ghazla, imma harsien totali ta’ dak kollu li jrid Kristu minna.

Biex timxi wara Kristu jehtieg is-sagrificcju -Min iridi jimxi warajja jichad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja. Gesu’ Kristu. Ghal dawn is-sajjieda, li terfa’ ix-xbiek, thalli id-dghajjes hija  ekwivalenti li taghlaq il-computer tieghek jew tabbanduna x-xoghol tieghek li ghal bosta snin investejt fih. Li timxi wara Gesu’ jfisser li jaqghu l-pjanijiet kollha li fassalt biex isehh biss il-pjan Tieghu. Tifhmu inti dan? Fid-dinja tal-lum, fejn l-identita’ taghna l-bnedmin hija mibnija fuq kemm ahna kapaci naghmlu flus, dan jista’ jkun ta’ tfixkil ghas-sejha ta’ Kristu.

Biex timxi wara Kristu trid timxi wara l-ahbar li habbar Kristu : “Indmu ghaliex is-saltna ta’ Alla hija fil-qrib.”

Kull wiehed u wahda minna ghandu misssjoni mhux biss li jimxi wara Gesu’ izda li jxandar il-kelma tieghu, jekk ghal anqas mhux bil-kelma jew priedki, imma bl-ezempju tajjeb taghna mfassal fuq it-taghlim tieghu.

Mhux haga hafifa li twiegeb ghas-sejha tad-dixxipulat, izda bil-grazzja ta’ Alla kollox huwa possibli, imma ftakar li biex issir nisrani ma jiswielek ebda tahbit imma darba sirt nisrani jiswielek kollox, Ahna weghdna li naghtu lil Alla kollox, mhux hwejjeg materjali imma lil qalbna.

Fihom x’tifhem l-ahhar kliem.


Make a free website with Yola