
ara l-ewwel dan il-filmat biex tidhol fl-ispirtu tal-grajja evangelika, imbaghad iftah is-suggett li jidher hawn taht: TARMIX IL-GRAZZJA TA' ALLA
GESU’ QED ISEJJAHLI:
TARMIX IL-GRAZZJA TA'ALLA
TARMIX IL-GRAZZJA TA'ALLA
Ghaliex il-belt kollha talbet lil Gesu’ biex jitbieghed minnhom meta heles lil wiehed minn genshom mid-demonji? Dan kien tant salvagg li hadd ma seta’ jghaddi minn dawk in-nahat. Flok ferhu tnikktu ghall dak li sehh.
Ghaliex ,nergghu nistaqsu lilna nfusna?
Ghaliex kif jispjegaw bosta padrI tal-knisja jidher li dawn in-nies kienu marbuta mal-hajja l-hazina u ma riedux jisimghu l-ahbar it-tajba li Kristu gie biex ixerred. Ippreferew li jaghlqu widnejhom u qalbhom u jibqghu jghixu l-hajja ta’ injoranza u d-dnub.
Hafna drabi bhal dawn in-nies, il-Gerasin, il-bniedem jdawwar harstu banda ohra biex la jara u anqas jisma’ il-messagg li jqanqlu ibiddel hajtu, jigifieri li minn bniedem il-qadim jsir bnieden gdida, imwieled mill-gdid ghall-grazzja ta’ Alla. Ma jridx jikkonverti. Jaghlaq qalbu ghall-grazzja ta’ l-Ispirtu Santu.
Il-bniedem ghami u trux ghas-sejha ta’ Alla ikun qed jilghabha ta’ bniedem iblah, li ma jarax sa hlief sal-ponta ta’ imniehru. Jirraguna li issa qed jghix, allura jgawdi, jirraguna ghada hadd ma rah, jew issa jirraga kollox mal-Mulej ghada, imma ghada mhux tieghu, ghada jista’ jkun tard wisq.
Ghall-kuntrarju, il-bniedem ghaqli, jirraguna li ma hemm paci boghod minn Alla, ihoss il-htiega li jinzel gharkubtejh quddiem Alla u jghidlu: “ Dnibt Mulej quddiemek, ma jisthoqqlix ikun ibnek, ahfirli.”
Nieqfu quddiem Gesu’ u nghidulhu: “ Mulej inti tafni kollni kemm jien, inti taf meta norqod u meta nqum, ghinni nhejji ruhi biex nilqa’ l-grazzji tieghek, li jqaddsuni u jaghmluni kbir quddiemek.”