jesusandmary

ara l-ewwel dan il-filmat biex tidhol fl-ispirtu tal-grajja evngelika, imbaghad iftah is-suggett li jidher hawn taht: IT-TEMPESTA TA' HAJJITNA.


 

GESU’ QED ISEJJAHLI:

IT-TEMPESTI TA' HAJJITNA.

Huwa fatt li l-bniedem xi darba jew ohra ikollu jhabbat wiccu ma' cirkustanzi tqal fil-hajja. Hafif li tiffoka fuq il-kaos li jinsab madwarna. Kemm jekk tkun kelma li wegghitek, jew problema fil-familja, jew inkwiet finanzjarju etc, hemm hafna ragunijiet ghal kull wiehed u wahda minna li ninqabdu fin-nassa tal-biza', frustrazzjoni, depressjoni jew ansjeta'.

Kien minhabba din ir-raguni li Gesu' ippermetta li d-dixxipli tieghu jghaddu mill-esperjenza ta' din il-grajja biex jippresentalna messagg car. 

It-tempesta zgur kienet wahda qalila biex waslu li l-appostli, li kienu mdorrija fil-maltemp ta'dawk l-inhawi, jibzghu u jahsbu li ser jeghrqu. Il-bahar kien qed jilghab bid-dghajsa taghhom, jghollihom, inizzilhom u jbandalhom 'l hemm u 'l hawn. Gesu' izda ma bezghax. Anzi f'dak il-maltemnp kien rieqed. Qajmuh u Gesu' ha kontroll tas-sitwazzjoni. Kollox rega' ghal li kien.

Hekk jigri fil-hajja taghna. Il-problemi, l-inkwiet u thassib iehor jifnina u ma jhallinix kwieti. Ic-cavetta ghal dan kollu hija li ahna nitfghu ghajnejna fuq Kristu u nsejhulhu. Hu ma jkunx il-boghod anzi dejjem jistenniena. Qieghed hdejna. Karba wahda u jismaghna u jigri biex jaghtina l-ghajnuna tieghu.

Kollox idur fuq il-fiducja ghamja taghna FIH. HU jhobbna u jiehu hsiebna.

HU jhobbna u jiehu hsiebna bhalma missier ta' din l-art ihobb u jiehu hsieb uliedu.

frar2021

Make a free website with Yola