jesusandmary

 


ara l-ewwel dan il-filmat biex tidhol fl-ispirtu tal-grajja evangelika, imbaghad iftah is-suggett li jidher hawn taht: PIETRU, THOBBNI AKTAR MINN DAWN?

 GESU’ QED ISEJJAHLI:

PIETRU THOBBNI INT AKTAR MINN DAWN?



San Ġwann 21:15-19

Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.” Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” “Iva, Mulej,” wieġbu, “int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.” Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, ‘Tħobbni?’ u qallu: “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” Qallu Ġesù: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi. Tassew tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid; imma meta tixjieħ, int tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tkunx trid!” Dan qalu biex ifisser b’liema mewta kien sejjer jagħti glorja lil Alla. Mbagħad Ġesù ssokta jgħidlu: “Ejja warajja.”


 Il-kelmiet ta' Gesu' lil Pietru jghoddu ghal kull wiehed u wahda minna. Id-domanda ta' Gesu' tfakkarni fid-dghufija tieghi u fil-Hniena tieghu. Tfakkarni fl-imhabba li jiena ghandi jkolli lejn Gesu' ir-Rghaj it-Tajjeb li habbna qabel ma habbejnih ahna.

It-twegiba ta' Pietru trid tkun it-twegiba taghna wkoll: Iva Mlej, inti taf li nhobbok." Imma taht dan il-kliem, hemm id-dnubiet tieghi, il-waqghat tieghi. Gesu' jafni minn gewwa u minn barra. Jafni kollni kemm jien. U minkejja dan Huwa jersaq hdejna biex jaghtina n-niofs tieghu kollu mimli mhabba, li jwennes, jitmani u jiggwidani.

Ġwanni l-Evanġelista jgħidilna li Alla huwa mħabba fl-ewwel ittra tiegħu kapitlu 4 vers 16. L-imħabba tiegħu hi bla kundizzjoni, bla limitu u għal dejjem. Hi l-bidu u t-tmiem u hi l-essenza tal-Kristjaneżmu. Hi tressaqna lejn il-qalb t’Alla u tħeġġiġna biex nagħtuh lilna nnfusna u ħajjitna stess. Pawlu l-appostlu jgħidilna li l-imħabba t’Alla ġiet imferra’ fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li ngħatalna. F’Rumani kapitlu 5 vers 5

 
X’jista’ jkun il-kaġun li aħna nitilfu din l-imħabba?


 Ċertament l-indifferenza, in-nuqqas ta’ tama, in-nuqqas ta’ twemmin jew ir-rifjut tal-Kelma t’Alla. Għaliex Ġesu’ ried tweġiba dwar l-imħabba u l-fedelta’ ta’ Pietru għal tlett darbiet quddiem l-appostli l-oħra? Żgur li kkawżat lil Pietru wġigħ ta’ qalb minħabba li kien ċaħad lil Ġesu’ pubblikament għal tlett darbiet. Issa Pietru mimli dispjaċir u umilta’ b’mod verbali stqarr quddiem kulħadd li kien iħobb lill-Imgħallem tiegħu u kien lest li jservih akkost ta’ kollox.

Meta Ġesu’ staqsieh ‘Inti tħobbni aktar minn dawn?’ setgħa kien qed jipponta lejn id-dgħajjes, ix-xbieki u l-qabda tal-ħut. Setgħa sfida lil Pietru biex jabbanduna x-xogħol tiegħu għal irwol ta’ Ragħaj tal-poplu t’Alla. Ġesu’ setgħa kien qed jipponta lejn id-dixxipli l-oħra u lejn il-ftaħir li bih Pietru kien ftaħar meta qal: ‘Jekk kulħadd jitħawwad minħabba fik; jien ma nitħawwad qatt.’ F’Mattew kapitlu 26 vers 33.

 Pietru issa ma jiftaħar b’xejn u lanqas jikkompara lilu nnifsu mall-oħrajn imma jwieġeb b’mod umli, ‘Int taf li nħobbok, Mulej.’ Il-Mulej isejħilna anke fid-dgħjufijiet u d-dnub tagħna biex nħobbuh fuq kull ħaġa oħra. Xejn ħlief is-suppervja frott id-dnub u d-deċiżjoni ħielsa tagħna ma jista’ jżommna ‘l bogħod mill-imħabba t’Alla hi rigal bla ħlas u li ma jistħoqqilniex. Qatt ma nistgħu nissuperaw lil Alla fl-imħabba tiegħu; Hu ħabbna l-ewwel u mħabbitna għalih hi t-tweġiba għall-ġenerożita’ u l-ħniena tiegħu immensa.

 U inti tħalli l-imħabba t’Alla tibdlek u titrasforma lil qalbek?


 

Make a free website with Yola