jesusandmary

IL-FERH U D-DEZOLAZZJONI

 “Alla tani u Alla hadli” – Gob 1:21. Kemm huwa veru u ezatt dan il-kliem ta’ Gob. Hemm waqtiet fil-hajja meta nesperjenzaw konsolazzjoni abbundanti ta’ Alla. Jistghu ikunu mument ta’ ferh fil-familja jew forsi rispett jew imhabba ta' xi hadd minghajr kundizzjoni . Xi waqtiet inhossu il-presenza qawwija ta’ Alla fil-hajja tat-talb taghna u nintlew bil-ferh. Imma hemm mumenti ohra fil-hajja meta Alla jidhrilna li huwa ‘l boghod minna u ruhna thossha dezolata u mwarrba.

Tinkwieta xejn dwar dan. Jekk haga bhal din hija kawza tad-dnub, allura affacja dak id-dnub, qerru, u ibqa’ miexi ‘l quddiem. Imma jekk dan ma hux kawza tad-dnub, allura kun af li din tkun opportunita’ biex tinzel aktar fil-fond fil-fidi tieghek u mhabbtek lejn Alla minkejja li thossok bla hegga u hila.

943. + Illum, qiegħda nħoss deżolazzjoni f’ruħi li ma nafx nispjegha lanqas lili nnifsi. Nixtieq naħrab min-nies u nibki bla waqfien. Ħadd ma jista’ jifhem qalb feruta bl-imħabba, u meta qalb bħal din tħoss ġewwa fiha li hi ġiet abbandunata, ħadd ma jkun jista’ jfarraġha. O erwieħ tal-midinbin, ħadtuli l-Mulej ‘il bogħod minni, imma ma jimpurtax, ma jimpurtax; siru intom tafu kemm hu ħelu l-Mulej, u ħallu l-baħar sħiħ tal-imrar jimlieli qalbi. Jiena tajt il-faraġ divin kollu tiegħi għalikom. (mid-djarju ta' swor fawstina)

Bhalissa thoss li inti qrib lejn Alla u din il-vicinanza tieghek lejn Alla qed ittik konsolozzjoni? Jew thossok bla hegga u tahseb li Alla telqek?  Ahna ghandna nifirhu f’kull esperjenza li nghaddu minna kemm jekk tkun ta’ ferh kemm jekk tkun ta’ dieqa. Alla joffri l-grazzji tieghu f’kull mument li nehtiegu. Gedded il-fidi tieghek il-lum u ghal li gej, thossok kif thossok.

Dan l-att ta’ fidi f’dawn il-mumenti jifthulek il-bibien tal-Hniena ta’ Alla aktar milli qatt tahseb.

Mulej inti taf li jiena nhobbok, inti taf kollox ghinni biex ma nintelaqx. Irrid inhobbok fuq kollox kemm f’dawk il-jiem li nhossni li rrid intir bil-ferh anke f’dawk il-jiem li fihom inhossni mitluq ghal kollox. Inti Alla tal-Konsolazzjoni u anke tad-Dezolozzjoni. Jiena irrid naghzel lilek tkun xi tkun l-istat tieghi dak il-hin.

GESU JIENA NAFDA FIK.


Make a free website with Yola