jesusandmary

BEJN L-ART U S-SEMA


Ipprova immagina x’tahseb fuq dan iz-zmien tieghek hawn fuq l-art meta tmur il-Genna. Tahseb li tkun  trid tigi lura? Tahseb li tkun tixtieq li ghamilt izjed flus, jew akkwistajt aktar unuri? X’aktarx li le.

Meta mqabbla mal-Genna, din id-dinja hija hasra. Dan ma jfissirx li hajjitna ma tistax tkun glorjuza hawn fid-dinja, ifisser biss li l-Genna ser tkun infinitament aktar glorjuza. Ghal din ir-raguni harsitna trid tkun biss fuq il-bini ta’ tezor veru li jibqa’ ghal dejjem fejn il-hallelin ma jisgassawx u jisriqu u fejn is-sadid ma jsaddadx. Hsibijietna iridu jkunu imwahhla fuq dak li jrid minna l-Mulej. U hekk niksbu l-glorja li Huwa wieghed li dawk li jfittxuh.

Tahli qatt il-hin tieghek fuq affarijiet ta’ bla ebda valur

899. Tant xtaqtha l-mewt! Ma nafx qattx nerga’ f’hajti jkolli esperjenza ta’ xewqa hekk kbira ta’ Alla. Kien hemm zcminijiet meta ntlift minn sensija minhabba fih. O, kemm hi kerha din id-dinja meta ssir taf x’inhi s-sema! Irrid naghmel vjolenza fuqi nnifsi sabiex nibqa’ nghix. O rieda ta’ Alla, inti tmantnini.

X'jokkupa l-hsieb u l-holm tieghek ta' kuljum? X'inhu l-oggett tat-tama u l-akbar xewqa tieghek? Ipprova ghamel ezami tieghek innifsek u tibzax tammettih jekk tiskopri li l-ghanijiet primarji tieghek huma dawk l-affarijiet li jghaddu u, fl-ahhar mill-ahhar, mhux importanti. 

Hekk kif tiskopri dan, dawwar ghajnejk lejn il-Genna u lejn l-imhabba ta’ Alla. Ikkunsidra modi prattici li bihom tista’ tiffoka mill-gdid hajtek sabiex tkun moghtija bis-shih ghall-iskop li gejt maghmul ghalih, jigifieri, li thobb lil Alla b’qalbek, b’mohhok, b’ruhek u bis-sahha kollha u thobb lill-proxxmu tieghek bhalek innifsek. Sakemm dan ma jkunx l-ghan centrali tieghek fil-hajja, qed itterraq zmerg. Itlob u cedi lil Alla u idderiegi l-affarijiet kollha lejh.

TALBA

Mulej, nixtieq naghmel dejjem ir-Rieda Qaddisa Tieghek il-fokus centrali ta’ hajti. Jien ma naghzel xejn hlief li nhobb lilek u lill-proxxmu tieghi bhali nnifsi.  Ghinni nkun diligenti fil-bini tas-Saltna Tieghek fuq l-Art halli ngawdi s-Saltna Tieghek ghal dejjem fis-Sema. 

Gesù, jiena nafda Fik.


Make a free website with Yola