jesusandmary

HABIB VERU


Kemm hija haga sabieha li issib habib li tista’ tafdah bil-grajjiet ta’ hajtek. Ahna nixtiequ li nkunu nafu lil ohrajn u wkoll li haddiehor isir jaf lilna. Meta issib lil xi hadd li fih tista’ tafda anke l-icken inkwiet ta’ hajtek, inti sibt habib veru.

Il-Mulej Gesu’ jixtieq ikun habib l-aktar vicin tieghek. Jehtieglek tahdem biex tnissel din ir-relazzjoni mieghu fil-qalb tieghek. Huwa jaf kollox u jafek aktar milli taf lilek innifsek inti. Imma din il-haga ma ghandiex timpedina li inferrghu qalbna fil-Qalb tieghu.

Mieghu, inti ghandek tesprimi dak kollu li jdejqek u Mieghu inti ghandek tifrah meta kollox jigi ward u zahar. Meta titkellem ma’ Alla fuq hajtek, anke d-dettalji, dan inissel ferh fil-Qalb tieghu.

921. 6 ta’ Frar (1937). Illum, il-Mulej qalli, Binti, jgħiduli li hemm ħafna sempliċita’ fik, mela għaliex ma tgħidlix b’dak kollu li jikkonċernak, wkoll l-iċken dettalji? Għidli fuq kollox, u kun af li dan jagħtini ferħ kbir. Jiena weġibt, “Imma Inti taf kollox, Mulej.”

U Ġesu’ weġibni, Iva, veru li naf; imma m’għandekx tiskuża ruħek minħabba l-fatt li Jiena naf kollox, għax widnejja u qalbi qegħdin lesti biex jisimgħuk, u kliemek għażiż għalija. (mid-djarju ta’ Santa Fawstina)

Meta titkellem ma’ Alla, inti tassew tkun qed tafda fih, jew ikun ghad fadallek xi dubbji? Tifrixlu hajtek kollha biex Huwa jismaghha minn fommok, ghad li Huwa diga’ jaf kollox? Il-Mulej ikun irid jismaghha minn ghandek fit-talb.

Kellmu l-lum u ghada u s-sena kollha u hajtek kollha. Ferrhu billi titkellem Mieghu, ghax b’hekk turih li tafdah.

 O Mulej, inti taf kollox, inti taf meta norqod u meta nqum, ghinni biex nzommok bhala l-akbar habib tieghi u Mieghek nafda l-ferh u in-niket. Nemmen li tismaghni u thenn ghalija. Kliemek huwa blazmu u duwa ghall-htigijiet tieghi.

GESU’ JIENA NAFDA FIK. 


Make a free website with Yola