jesusandmary

IL-HNIENA TA’ ALLA FIL-QRAR

 

 Qatt skoprejt il-ferh meta tersaq lejn is-Sagrament tal-Qrar? Xi whud ma jqisux  il-Qrar bhala mument ta' ferh. Minflok jarawh bhala esperjenza ta' umiljazzjoni u tbatija.  Imma forsi ghal xi whud il-htiega li jumiljaw ruhhom fi qrara onesta tghinhom biex jinhallu mir-rabta tad-dnub. Ghal ohrajn li fil-Qrar jaraw l-abbundanza tal-Hniena ta' Alla jqisu lilhom infushom onorati li jersqu lejn dan is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni b'ferh kbir ghaliex jilmhu l-effett glorjuz fuq ruhhom. Infittxu li nhobbu il-Qrar, ghax dan is-sagrament jippurifika lir-ruh taghna mid-dnub u jixhet fiha barkiet ta' frott spiritwali.

 

MID-DJARJU TA' SANTA FAWSTINA.

PARA 817

 X’ħin qgħadt naħseb li ma kontx qerrejt għal iktar minn tlett ġimgħat, bdejt nibki x’ħin rajt l-istat tad-dnub li kienet tinsab fih ruħi u ċerti diffikultajiet. Ma kontx mort inqerr għax iċ-ċirkostanzi għamluhieli impossibli. Dak inhar tal-qrar, kelli noqgħod fis-sodda. Il-ġimgħa ta’ wara, il-qrar kien wara nofs inhar, u kont tlaqt għall-isptar dak inhar filgħodu. Illum wara nofs inhar, Patri Andrasz daħal fil-kamra tiegħi u poġġa bilqiegħda biex jisma’ l-qrara tiegħi. Qabel (il-qrara), ma għedna l-ebda kelma. Jiena kont ferħana ħafna għax kont anzjuża sabiex inqerr. Bħas-soltu, kxift ruħi kollha. Is-saċerdot wieġeb għall-iċken dettall. Ħassejtni ferħana iktar mis-soltu li stajt ngħid kollox bħalma għamilt. Bħala penitenza tani l-Litanija tal-Isem Imqaddes ta’ Ġesu’. X’ħin ridt ngħidlu bid-diffikulta’ li kelli biex ngħid din il-Litanija, qam u beda jagħtini l-assoluzzjoni. F’daqqa waħda, persuntu mtliet b’dawl kbir, u rajt li ma kienx Patri A. imma Ġesu’. Ilbiesu kien abjad bħas-silġ, u għeb fil-pront. Għall-ewwel, ħassejtni daqsxejn skomda, imma wara ftit sensazzjoni ta’ paċi daħlet f’ruħi; u nnotajt il-fatt li Ġesu’ kien sema’ l-qrara bl-istess mod li jagħmlu l-konfessuri; imma xi ħaġa tal-għaġeb ġrat ġewwa qalbi waqt din il-qrara; ma stajtx nifhem għall-ewwel dan x’kien ifisser.

 

Meta l-ahhar li ersaqt lejn il-Qrar? Jekk ir-risposta tieghek hija zmien ilu jew ili ftit... Allura huwa l-mument li tiddeciedi li tersaq lejh ghaliex il-Mulej qed isejjahlek. Meta tersaq lejn il-Qrar u tircievi l-assoluzzjoni inti tkun qed tiltaqa' ma’ Kristu nnifsu taht il-persuna tas-sacerdot li bis-sahha tal-kelmiet jiena nahfirlek dnubietek fl-isem tal-Missier etc, Kristu jnaddaflek lir-ruhek mid-dnub. Temmnu inti dan? Trid din il-grazzja tinzel fir-ruh tieghek?

X'inhuwa li jbieghdek mill-Qrar? Forsi ghandek x'taghmel hafna, jew ma tistax minhabba xi cirkustanza? Hi x'inhija r-raguni itlob lil Kristu biex jghinek tirbah din il-bruda jew problema. Il-Mulej ihobbok u qed isejjahlek biex ihaddnek mal-Qalb Divina Tieghu. Ifrah u hossok kburi li Gesu' irid jaghtik il-grazzja tal-mahfra minghajr ma ahna jisthoqqilna.

 

TALBA:

Gesu' jiena nintelaq fik. Ghinni niftah qalbi ghalik bhalma Inti ftahtha ghalija. Thallinix nahli din l-opportunita' li nersaq Lejk permezz ta' dan is-Sagrament. Jalla il-pjagi divini tieghek ikunu l-fejqan ta' ruhi. Gesu' jiena nafda Fik

 

 

Make a free website with Yola