IL-QDUSIJA TIEGHEK HIJA RIGAL GHAL HADDIEHOR
Ġesù jixtieq profondament li jferra l-Ħniena Divina Tiegħu f’ruħek. Huwa jixtieq jibdel id-dnub tiegħek u jagħmlek il-post perfett fejn jghammar Hu. Dan huwa rigal lil hinn minn dak li nistgħu nifhmu, imma wieħed, aħna mistiedna naċċettaw. Li naċċettaw il-grazzji bla għadd mingħand Sidna huwa mhux biss għall-ġid tagħna, iżda wkoll għall-ġid ta’ ħaddieħor. Ġesù jridek issir qaddis b'kull mod minħabba l-imħabba li ghandu għalik, bħala t-tifel prezzjuż Tiegħu. Imma Hu jrid ukoll li inti ssir qaddis għall-ġid tal-oħrajn. Iktar ma ssir qaddis, iktar tkun abbundanti l-Ħniena ta ’Alla f’ħajtek. U iktar ma tkun abbundanti l-Ħniena ta' Alla f’ħajtek, iktar oħrajn ikunu mbierka mill-Ħniena ta’ Alla permezz tiegħek (Ara Djarju # 723).
MID-DJARJU TA' SANTA FAWSTINA
Para723.
Illum jiena smajt dan il-kliem: Il-grazzji li Jiena qed nagħtik m’humiex għalik biss, imma għal numru kbir ta’ erwieħ oħrajn ukoll . . . U qalbek hija l-post fejn Jiena ngħammar il-ħin kollu minkejja l-miżerja li int. Jiena ningħaqad miegħek, neħodlok il-miżerja tiegħek u nagħtik il-ħniena Tiegħi. Jiena nwettaq opri tal-ħniena f’kull ruħ. Iktar ma jkun kbir il-midneb, iktar ikollu dritt għall-ħniena Tiegħi. Il-ħniena Tiegħi tiġi kkonfermata f’kull opra ta’ jdejja. Min jafda fil-ħniena Tiegħi ma jintilfix, għax l-affarijiet tiegħu kollha jkunu Tiegħi, u l-għedewwa tiegħu għad jitfarrku fuq il-banketta fejn Jiena nserraħ riġlejja.
Hija haga ghaqlija li tfittex il-qdusija u li titlob lil Alla jxerred il-Hniena Tieghu fir-ruh tieghek. Imma l-ghaqal taghna ma ghandux jieqaf hawn. Irridu li din il-Hniena Divina li nircievu tfur fuq haddiehor permezz taghna. Il-Hniena ma nistghux inzommuha ghalina u tinghalaq fina. Irrid inkunu strument ghal haddiehor. Irrifletti fuqek innifsek li inti tkun dan l-istrument illum, u offri lilek innifsek lil Alla għal dan il-għan qaddis.
Ifhem sew li ahna ma nistghux insiru qaddisin wahedna u ninghalqu fil-qoxra taghna, izda nqaddsu lil haddiehor biex tikber is-saltna ta' Kristu.
Talba
Għażiż Mulej, nirringrazzjak għall-abbundanza tal-Ħniena Tiegħek f’ħajti. Nirringrazzjak talli tħobbni bħala t-tifel prezzjuż Tiegħek. Għinni niġi ttrasformat bl-imħabba Tiegħek u, minn naħa l-oħra, insir strument tal-grazzja tfur tiegħek għall-oħrajn. Ġesù, jiena nafda fik.