jesusandmary

KUN KREATTIV FIT-TALB TIEGHEK


Hafna drabi l-granet taghna huma ppakjati bl-attivita’. Il-familji taghna huma bosta drabi okkupati jew bi grajja jew b’ohra. Appuntamenti u xoghol jimlew l-agenda taghna u nistghu nsibu ruhna fi tmiem il-jum li ftit kellna hin fil-kwiet biex nitolbu lil Alla.

 Imma nistghu, jekk irridu, insibu hin ta’ talb fl-iskeda mimlija taghna ta’ kull jum.

Ghalkemm huwa mportanti li nfittxu mumenti fejn nistghu inkunu wahedna ma’ Alla u naghtuh l-attenzjoni totali taghna, ahna ghandna wkoll infittxu opportunitajiet biex nitolbu f’nofs il-hajja biezla taghna.


401. Il-ġranet fid-dar għaddejthom ma’ ħafna kumpanija, għax kulħadd ried jarani u jkellimni. Spiss stajt ngħodd sa ħamsa u għoxrin persuna hemm. Qagħdu jisimgħu b’interess kbir l-istejjer tiegħi tal-ħajjiet tal-qaddisin. Deherli li d-dar tagħna kienet tassew id-dar ta’ Alla, għax kuljum filgħaxija konna nitkellmu biss fuq Alla. Meta kont ngħajja nitkellem u, mxenqa għas-solitudini u s-skiet, kont nispiċċa bil-kwiet fil-ġnien filgħaxija, sabiex inkun nista’ nikkomunika ma’ Alla waħdi; wkoll f’din il-ħaġa ma kienx jirnexxili; ħuti kienu jiġu u joħduni minnufih id-dar, u għal darb’oħra, kelli nitkellem, b’dawk l-għajnejn kollha msammrin fuqi. Imma ġietni ideja kif seta’ jkolli ftit nifs; tlabt lil ħuti s-subien ikantawli; għax kellhom vuċijiet tajbin; u, minbarra dan, wieħed kien idoqq il-vjolin u l-ieħor il-mandolina. U matul dan il-ħin stajt ningħata għal talb intern mingħajr ma naħrab il-kumpanija tagħhom. (Paragrafu 40)

Issib li hajtek hija mimlija attivita’?  Issib li inti spiss tkun wisq okkupat biex tinqata’ xi ftit mill-mumenti biezla u titlob? 

Ghalkemm dan mhuwiex l-ideali, jista’ jigi rimedjat billi tfittex opportunitajiet waqt ix-xoghol tieghek. Jekk inti ghalliem fi skola, jekk qed issuq, waqt li qed isajjar jew taghmel facendi fid-dar, issib opportunita’ li tgholli mohhok u qalbek ‘l fuq lejn Alla ghal xi talba qasira momentarja jew xi gjakolatorja.

It-talb maghmul b’dan il-mod jipprovdilek ic-cans li matul il-jum tinghaqad ma’ Alla.


Mulej, nixtieq inkun fil-prezenza Tieghek matul il-ġurnata tieghi. Nixtieq narak u nhobbok dejjem. Ghinni nitolbok f’nofs l-attività tieghi, biex inkun dejjem fil-kumpanija Tieghek. Ġesù, jiena nafda Fik.


Make a free website with Yola