jesusandmary

NAMMIRAK MULEJ GHAX INTI THOBBNI


Li thobb jista' ihallik minghajr kliem. Din il-forma ta' imhabba umana tista' thallik minghajr kliem sa certu punt, ghaliex tista' ma thallikx tesperimi ezattament dak li thoss. Imma l-imhabba ta' Alla hija 'l fuq minn kull esperjenza ta' imhabba umana u ghaldaqstant, meta wiehed jesperjenzaha fuq livell profond, isib ruhu jistghageb u jammira fejn jasal Alla bl-imhabba tieghu. Ma issibx kliem biex tifhem jew turi l-ammirazzjoni tieghek ghall-glorja ta' Alla li tkun ingbidt Lejh biex thobb. Is-silenzju tieghek jghid aktar milli kieku titkellem jew tipprova tispjega.

 

MID-DJARJU TA' SANTA FAWSTINA

PARA 729. Waqt il-meditazzjoni fuq l-ħolqien . . . f’ċerta punt, ruħi ngħaqdet mill-qrib mal-Mulej u l-Ħallieq tagħha. F’din il-għaqda, jiena għaraft l-iskop u d-destin ta’ ħajti. L-iskop tiegħi hu li ningħaqad mill-qrib ma’ Alla permezz tal-imħabba, u d-destin tiegħi hu li nfaħħar u nigglorifika l-ħniena ta’ Alla.

Il-Mulej ippermettieli li nsir naf dan u jkolli esperjenza tiegħu b’mod ċar u fiżiku wkoll. Jiena nintilef fl-ammirazzjoni meta nagħraf u jkolli esperjenza ta’ din l-imħabba ta’ Alla li ħadd ma jista’ jifhimha u li biha Alla jħobbni. Min hu Alla – u jiena x’jien? Ma nistax nimmedita iktar fuq dan. L-imħabba biss tista’ tifhem din il-laqgħa bejn żewġ spirti, jiġifieri, Alla – li Hu – Spirtu u r-ruħ – li hi – kreatura. Iktar ma nsir nafu, iktar negħreq fih kompletament b’saħħti kollha

Inti thobb lil Alla? Meta thobb lil Alla ma nhiex infisser emozzjoni, imma xewqa spiritwali li tikkonsma lir-ruh u thallik kuntent bil-prezenza Tieghu.  L-esperjenza ta' din l-ghaqda ma' Alla huwa kull ma trid fil-hajja biex issib il-kuntentizza u dan ifisser li dak kollu li taghmel ikun dirett lejn Alla il-mahbub tieghek.

Irrifletti kemm hija profonda l-imhabba tieghek lejn Alla u jekk tara li din l-imhabba ma hiex mixghula f'hajtek, itlob lil Mulej li jnissilha fik u fittxu bil-qawwa tieghek kollha.


TALBA

Mulej, inħobbok . Naf li l-imħabba tiegħi mhix perfetta. Mulej, għinni nfittxek u niltaqa' mieghek b’mod iktar intimu.  Jalla l-ispirtu tiegħi jimtela' bix-xewqa biex insir nafek aktar, u kif niltaqa' Miegħek jiena nħares lejn il-glorja u l-kobor Tiegħek. Jalla tassew insir "mitluf" fl-ammirazzjoni profonda tiegħi lejk, Alla tiegħi. Ġesù, jiena nafda fik.


Make a free website with Yola