jesusandmary

NIKKUMBATTU D-DNUB TAD-DINJA

Meta Alla jhares lejn id-dinja x’jara? Certament jara s-sbuhija tal-holqien tieghu u l-ordni li bih jimxi, flimkien ma’ uliedu. Imma zgur li ma jonqosx li jara l-numru kbir ta’ dnubiet u l-orrur taghhom maghmulha mill-bnedmin ingrati lejn il-Hallieq taghhom.

Anke l-icken dnub jew imperfezzjoni, ma tahrablux. Imma ma jaqax il-kastig fuq id-dinja ghax Alla huwa hanin u huwa kkunslat minn dawk l-erwieh umli u qaddisin li Hu jaghzilhom biex ikunu qaddisin u jqaddsu lil haddiehor. Dawn il-qaddisin erwieh jirrispondu ghall-grazzji tieghu u jikbru fil-qdusija u meta jaghmlu hekk ikunu qed jikkumbattu l-hazen tad-dinja.

Wahda mis-sejhiet unici huwa meta Alla jaghzel lil xi whud biex jaccettaw  is-sejha li jghixu hajja ta’ klawsura, mohbija mid-dinja, bi skop ewlieni li dejjem jikbru fil-qdusija. Forsi ahna ma tantx napprezzaw din il-kwalita’ ta’ hajja, imma Alla iva, japprezzaha u l-korla tieghu timbidel fi Hniena, minhabba dawn it-talin.

926. 9 ta’ Frar (1937). It-Tlieta tal-Karnival. Fl-ahhar jumejn tal-Karnival, hassejtni neghreq f’dilluvju ta’ kastigi u dnubiet. F’waqt wiehed il-Mulej gharrafni bid-dnubiet li twettqu fid-dinja kollha matul dawn il-granet. Hassni hazin bil-biza’, u ghalkemm naf il-fond tal-hniena ta’ Alla, staghgibt li Alla jippermetti lill-umanita’ li tkompli tezisti. U l-Mulej gharrafni minn hu dak li ghandu f’idejh l-ezistenza tal-umanita’: dawn huma l-erwieh maghzulin. Meta l-ghadd tal-maghzulin isir shih, id-dinja ma tibqax tezisti. (mid-djarju ta’ Santa Fawstina)

Jekk forsi inti ma intix imsejjah ghal din il-hajja ta’ klawsura, pero’ zgur li inti imsejjah li tahbrek ghall-hajja ta’ qdusija. Il-hajja tieghek tkun tpattija ghall-hazen li hawn jigri fid-dinja u b’hekk Alla jhenn ghal din id-dinja hazina u ghajjiena. 
Bit-talb tieghek, bis-sagrificcji tieghek inti tkun qed tipplaka l-korla ta’ Alla biex ikollu moghdrija mill-hazen ta’ din id-dinja. Halli lilek innifsek tkun strument tal-Hniena t’Alla permezz ta’ hajja qaddisa, talb u penitenza.

Mulej jiena nirringrazzjak ghall grazzji kbar li taghmel mieghi u li tinqeda bija biex jikkonvertu l-erwieh. Hajti hija tieghek Mulej Aghmel biha dak li tixtieq.

Gesu’  jiena nafda fik.

Make a free website with Yola